REGOLAMENTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAS-SIĠAR
Waqt il-preżentazzjoni ta' ktieb dwar si'ar Maltin, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech ħabbar li tfasslu regolamenti għall-ħarsien tas-si'ar li l-bżonn tagħhom kien ilu jinħass. Hu qal li bil-qbil unanimu ma' l-entitajiet kollha li għandhom interess f'dan il-qasam dawn ir-regolamenti tlestew u se jkunu ppubblikati dalwaqt. Il-Ministru Zammit Dimech tenna li dawn ir-regolamenti tfasslu wkoll fid-dawl ta' prinċipji li wieħed isib f'numru ta' ftehim internazzjonali dwar il-ħarsien tal-biodiversit'?, prinċipji li wħud minnhom Malta hi msieħba fihom.
Francis Zammit Dimech qal li r-regolamenti, li huma msejsa fuq ħames skedi, jikkontrollaw attivitajiet li jagħmlu ħsara lis-si'ar imħarsa, kif ukoll jitolbu permessi għal qlugħ tas-si'ar l-aktar rari. Dawn ir-regolamenti, li saru bi ftehim mal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, minbarra li jħarsu s-si'ar Maltin, li wħud minnhom kważi għebu għal kollox, huma wkoll maħsuba biex iqajmu aktar kuxjenza pubblika favur il-wirt naturali Malti, kif ukoll iservu bħala mezz ta' tagħlim dwar dan il-wirt.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-ideat u l-prinċipji li fuqhom tfasslu dawn ir-regolamenti joħor'u mill-istudji li jidhru fil-pubblikazzjoni li kien qed jippreżenta. Tenna li kien konvint li din il-publikazzjoni se tkun ta' għajnuna kemm fil-qasam ta' aktar apprezzament ta' l-ambjent naturali, kif ukoll fit-tfassil ta' politika u l-infurzar tagħha fir-rigward tal-ħarsien ta' dan il-wirt.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li kull sena t-Taqsima tal-'?arsien tal-Biodiversit'? fid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent torganizza seminar ta' 'urnata dwar tema li tkun teħtie' aktar diskussjoni biex hekk it-tagħrif li jin'abar ikun jista' jitwieżen u madwaru tinbena politika għall-ħarsien aħjar tal-biodiversit'?. B'hekk ukoll dawk li b'xi mod jew ieħor għandhom xi interess ikunu jistgħu jwasslu l-ideat tagħhom li mbagħad jsibu posthom fil-politika li titfassal.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kellu l-opportunit'? li jattendi għal tnejn minn dawn is-seminars, wieħed dwar is-si'ar u l-importanza tagħhom u l-ieħor dwar il-ħajja tal-baħar madwar il-gżejjer Maltin. Hu qal li ħa pjaċir jinnota li l-attendenza f'dawn is-seminars tkun waħda numeruża u magħmula minn oqsma differenti li jinkludu dipartimenti governattivi, korpi parastatali, rappreżentanti ta' għaqdiet mhux governattivi, korpi kostitwiti, ażjendi kummerċjali, istituzzjonijiet edukattivi u individwi li jinteressaw rwiehom f'dawn is-su''etti. Dan iwassal biex id-dibattitu ikun wieħed li jħalli l-frott għaliex l-parteċipazzjoni tkun waħda li tħares lejn su''ett partikolari minn diversi angoli, b'mod profond.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li biex tkompli titqajjem u tissaħħaħ kuxjenza pubblika dwar is-su''etti li jkunu diskussi f'dawn il-laqgħat id-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent ji'bor dak kollu li jkun diskuss u jippubblikah fi ktejjeb. Dan jitfassal b'tali mod li għalkemm bażat fuq linji xjentifiċi korretti, jinkiteb bil-Malti, u b'mod li jiftiehem u li jgħin anke lil dawk li ma jkunux daqshekk midħla tas-su''ett. '?alhekk pubblikazzjoni bħal din tista' titqies bħala waħda xjentifika, popolari, b'valuri storiċi u ambjentali.
Francis Zammit Dimech qal li il-pubblikazzjoni "Is-Si'ar Maltin – l-użu u l-importanza" kienet ti'bor taħditiet u diskussjonijiet li saru f'laqgħa ta' 'urnata bl-istess tema. Qal li l-ideat u l-prinċipji tal-ħarsien ta' dan il-wirt naturali kienu l-kontribuzzjoni ta' esperti f'dan il-qasam mill-Universit'? ta' Malta, mid-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, mill-Fondazzjoni Natura u mill-Malta Garden Centres Association.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li din il-pubblikazzjoni kienet tittratta l-għanijiet taż-żew' għaqdiet volontarji li jiffurmaw il-Fondazzjoni Natura dwar is-si'ar; il-politika ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar; l-impatt tal-bniedem fuq l-imsa'ar Maltin; is-si'ar Maltin, si'ar barranin, il-ħarsien tagħhom u l-obbligi nazzjonali u internazzjonali; l-użu tas-si'ar indigeni; it-tkabbir tas-si'ar Maltin; is-si'ar f'ambjent urban – miri, immani''jar u diffikultajiet. Il-pubblikazzjoni ti'bor ukoll id-diskussjonijiet li saru wara t-taħditiet kif ukoll tagħti lista ta' l-ismijiet ta' l-ispeċi kollha li jissemmew fil-pubblikazzjoni bil-Malti, bl-Ingliż u kif inhuma magħrufa xjentifikament.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex kienet organizzata l-laqgħa dwar "Is-si'ar Maltin – l-użu u l-importanza", lil dawk kollha li ħadmu biex seta' jkun ippublikat dan il-ktieb u lil dawk li taw ħinhom biex tfasslu r-regolamenti dwar il-ħarsien tas-si'ar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN