PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU TA L-INTERN, DR TONIO BORG, WAQT L-IFFIRMAR TAL-FTEHIM MAL-CARITAS U S-SEDQA DWAR PROGRAMMI TA? RIJABILITAZZJONI TA? PRIGUNIERI BI PROBLEMA RELATA MA? L-ABBUZ TAD-DROGA
Madwar erba' snin ilu, fit-3 t'Ottubru 1996, kien gie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru ta' l-Intern, is-SATU, il-CARITAS, u s-SEDQA li ppermetta li prigunieri li ghandhom il-vizzju tad-droga jaghmlu programmi approvati ta' rijabilitazzjoni organizzati minn dawn l-organizzazzjonijiet, liema programmi jkunu sussidjati mill-Gvern.
Minkejja x-xetticizmu li esprimew x'uhud, l-evidenza turi li l-programmi li saru fl-imghoddi kienu success, kemm biex jitnaqqas in-numru ta' recidivi, kif ukoll l-abbuz mid-droga.
Ir-rizultati li ghandna juru bic-car li dawn il-programmi kienu effettivi hafna fuq dawk il-prigunieri li ghaddew minn programmi bhal dawn u dan inkoraggixxa aktar lill-Gvern biex jaghmel l-almu tieghu u jkompli jappoggja u jtejjeb is-servizzi li qed jigu offruti.
Il-Ministeru ta' l-Intern jirrikonoxxi li mill-perjodu li prigunier iqatta' fil-habs, ghandu jiehu kemm il-kastig li jkun stipulat mil-ligi, kif ukoll l-opportunit'? li jirriforma ruhhu. Il-ftehim li se jigi ffirmat illum jipprovdi biex numru ta' prigunieri li ghandhom problema ta' droga, jinghataw forma ta' prison leave biex ikunu jistghu jinghataw trattament u jghaddu minn programmi ta' rijabilitazzjoni pprovduti miz-zewg organizzazzjonijiet li hawn rapprezentati llum.
Il-prison leave jinghata biss fl-ahhar sentejn tas-sentenza li l-prigunier ikun qed jiskonta, u llum qeghdin f'pozizzjoni li l-perjodu li l-prigunier ikun ghamel fil-programm, jitnaqqas awtomatikament mis-sentenza tieghu.
Se jerga' jinhatar ukoll Assessment Board bil-ghan li jezamina lill-prigunieri u jaccerta li jistghu jaghmlu programm ta' rijabilitazzjoni u a bazi ta' dan l-assessment, jiddeciedi liema huma l-prigunieri li ghandhom imorru ghall-programmi. Xoghol il-bord huwa wkoll li perjodikament jissorvelja l-programmi, kif ukoll lill-individwi li jkunu qed jaghmluhom.
Il-Ministeru qed jintrabat li jhallas Lm13 kull jum ghal kull prigunier li jkun qed jaghmel programm tad-droga specjalizzat u Lm11 kull jum ghal kull prigunier li jkun qed jaghmel programm generali.
Ta' min isemmi b'mod pozittiv il-fatt li l-Ministeru tal-Finanzi irdoppja l-ammont ta' flus li s-soltu jkunu allokati ghaL programmi bhal dawn u mis-somma ta' Lm40,000, ghal din is-sena gew allokati madwar Lm80,000.
Fil-prezent hemm 17-il prigunier li ghaddejjin bi programmi mghotija mill-CARITAS u s-SEDQA, filwaqt li hemm 10 prigunieri ohra li qed jaghmlu l-programm tas-SATU.
Nirringrazzja kemm lil Dun Victor Grech bhala direttur tal-CARITAS, lil Sina Bugeja bhala chief executive tas-SEDQA u lill-istaff dedikat taz-zewg organizzazzjonijiet, kif ukoll lill-istaff tas-SATU, tax-xoghol li qed jaghmlu ma' dawn l-individwi li minhabba ragunijiet differenti qabdu t-triq il-hazina.
Il-Gvern konvint mill-gid li johrog minn programmi bhal dawn, u ghalhekk qed iwieghed l-impenn u l-appogg kostanti tieghu.
Grazzi lil kulhadd
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN