L-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA SEMINAR DWAR L-IMMANIĠĠJAR TA? L-ISKART KLINIKU
'Jekk kollox imur kif ippjanat fix-xhur li 'ejjin għandu ji'i installat fl-isptar San Luqa apparat bl-aħħar teknolo'ija biex fih nittrattaw l-iskart kliniku ta' l-isptarijiet pubbliċi. Hekk inkunu għamilna pass kbir 'l quddiem fl-isforzi tagħna biex ikollna ambjent aktar nadif u ħieles minn perikli għas-saħħa b'mod partikulari għal dawk li jgħixu qrib l-isptar.'
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Louis Deguara, meta kien qiegħed jinawgura is-Seminar "Safe Management of Health Care Waste", organizzat mid-Dipartiment tas-Saħħa u d-Dipartiment ta' l-Ambjent.
‘Bħalissa qegħdin ji'u evalwati numru ta' tenders għal dan l-apparat għall-Isptar San Luqa. '?al dan il-proċess tlabna l-għajnuna ta' esperti barranin. Dan l-apparat, li se jkun jista' ji'i trasportat u installat fl-Isptar il-Ġdid f' Tal-Qroqq, jaħdem mingħajr nar u għalhekk jelimina kull periklu ta' dħaħen li sal-lum joħor'u miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa. Dan l-apparat għandu l-qawwa li jittrasforma skart kliniku fi skart li hu ferm anqas perikoluż minn skart domestiku u li jista' ji'i mingħajr periklu ta' xejn depożitat f'miżbla. Hemm il-ħsieb ukoll li l-Gvern joffri s-servizzi ta' dan l-apparat fuq bażi kummerċjali lil individwi, Kunsilli Lokali u kumpaniji privati li jkollhom skart kliniku u hekk jiffrankaw milli jidħlu fi spejjez kapitali,' kompla jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
‘Biex wasalna għal dan l-istadju sar ħafna xogħol fil-qasam ta' l-immani''jar ta' skart kliniku, fejn id-Dipartiment tas-Saħħa ħadem bis-sħiħ biex niffaċjaw din il-materja b'mod ħolistiku, għax din ma tikkonċernax biss l-isptar San Luqa. Saru konsultazzjonijiet ma' esperti, kemm mill-Ingilterra kif ukoll mill-Amerika u uffiċjali tad-Diviżjoni tas-Saħħa żaru sptarijiet barranin biex jaraw sistemi avvanzati ta' mani''jar ta' skart kliniku. Fil-każ partikulari ta' l-inċeneratur fl-isptar San Luqa ħdimna u għadna naħdmu mal-Kunsilli Lokali ta' madwar biex inkunu ċerti li r-riżultati jkunu dawk mixtieqa minn kulħadd,' tenna l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
‘'?al dawn l-aħħar snin' tenna l-Ministru ‘għażilna li għalkemm stajna rmejna l-mediċini skaduti fil-miżbla tal-Magħtab, b'għaqal storjajna dawn il-mediċini f'postijiet mingħajr periklu, biex issa li ffirmajna l-Konvenzjoni ta' Basle dalwaqt inkunu nistgħu nittrasportaw dawn il-mediċini biex ji'u meqruda 'o faċilitajiet apposta fil-kontinent. Konxji wkoll li l-isptarijiet jipproduċu wkoll skart ieħor li mhux kliniku li b'ippjanar tajjeb jista' ji'i riċiklat.
Id-Dipartiment tas-Saħħa, għażel li akkost li jtul ftit iż-żmien, jimxi b'kawtela biex issir għażla tajba li tilqa' għal-ħtigijiet tal-futur. Id-Dipartiment għamel pjan komprensiv kif ikun jista' jimmani''ja l-iskart mill-produzzjoni sal-mod kif ji'i distrutt. Se jkollu nies apposta bir-responsabilit'? li jiżguraw l-ogħla livell ta' sigurt'? fl-immani''jar ta' l-iskart kliniku u biex iħarr'u ħaddiema involuti f'dan il-qasam,' temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN