Left arrow Go Back

PREZENTAZZJONI TA' KOPJI TAL-KTIEB "MINN ATENI GHAL SYDNEY" GHALL-ISKEJJEL

pr0069
Date Icon 18/01/2001

Il-Kumitat Olimpiku Malti pprezenta 300 kopja tal-ktieb "Minn Ateni ghal Sydney" ta' Lewis Portelli, lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni. Il-kotba se jitqassmu fl-iskejjel kollha. Dan il-Ktieb hu r-raba' wiehed fis-sensiela "Minn Ateni ghal ...", u fih, Lewis Portelli kompla jaggorna l-istorja ta' l-Olimpijadi tas-Sajf u jinkludi wkoll l-ewwel Olimpijadi ta' dan il-Millennju, dawk ta' Sydney.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea qal li isem Lewis Portelli hu sinonimu ma' l-iSports u l-Olimpijadi fost il-pubbliku Malti. Il-Ministru kompla li hu ta' inkoraggiment kbir li fil-qalba tal-kultura Maltija jinsabu nies bhal Lewis Portelli, li jipprovdu lill-poplu b'informazzjoni u b'ezempji ta' avvenimenti sportivi li jigru 'l barra minn xtutna. Dawn l-ezempji ghandhom ikunu ta' inspirazzjoni ghal dawk kollha, spe`jalment tfal u zghazagh, li jipprattikaw dixxiplini sportivi differenti.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti qal li permezz ta' dan il-ktieb, il-Kumitat qed jaqdi l-iskop ewlieni tieghu li jxerred l-ideali Olimpi`i. Il-Ktieb jitratta dwar il-loghob proprju u anke l-eroj ta' kull edizzjoni, b'mod partikolari dwar is-sehem ta' Malta fl-Olimpijadi, minn mindu hadna sehem ghall-ewwel darba fl-1928 sa l-ahhar edizzjoni li saret f'Sydney. Il-Ktieb jaghti harsa wkoll lejn il-kisbiet tal-Maltin matul is-snin u fih ukoll lista tal-45 nazzjon li l-aktar rebhu midalji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow