Left arrow Go Back

OPPORTUNITAJIET KUMMERCJALI GODDA FIL-LIBJA

pr0066
Date Icon 18/01/2001

Ir-riforma li saret fil-Libja matul is-sena li ghaddiet dwar kif ghandu jsir il-kummerc flimkien ma' ligijiet godda biex ikun facilitat l-investiment barrani qed joholqu opportunitajiet kummercjali godda ghall-esportaturi Maltin kif ukoll ghal dawk li joperaw fis-settur tas-servizzi.

Dawn l-opportunitajiet godda dig'? qed ihallu effett, tant li matul is-sena li ghaddiet kienet registrata zieda fl-esportazzjoni minn Malta ghal Libja, tant li fil-perjodu bejn Jannar u Novembru telghet bi Lm3 miljun ghal Lm17.5-il miljun.

Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici waqt il-ftuh ta' zewg duty free shops minn kumpannija sussidjarja ta' l-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta' Tripli.

Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tieghu li kien qed jiehu sehem fl-inawgurazzjoni ta' din l-attivit'? kummercjali mwaqqfa flimkien bejn interessi Maltin, Libjani u germanizi, il-Ministru Bonnici stqarr li din l-inizjattiva hi prova ohra tar-relazzjonijiet tajbin li jezistu bejn iz-zewg pajjizi.

Il-Ministru Bonnici qal li hi x-xewqa taz-zewg pajjizi li r-relazzjonijiet kummercjali bejniethom ikomplu jizviluppaw pozittivament u stqarr li anki l-interess minn naha tal-kumpanniji Maltin fis-suq Libjan qed kull ma jmur dejjem jikber.

Hu semma li fid-dawl ta' dawn l-izviluppi, il-METCO fethet ufficcju fi Tripli s-sena li ghaddiet u dig'? qed isir uzu tajjeb hafna minnu minn kumpanniji Maltin. Semma wkoll li matul din is-sena, minbarra l-partecipazzjoni ta' Malta fil-fiera internazzjonali ta' Tripli, dig'? huma ippjanati zewg zjarat fil-Libja minn delegazzjonijiet kummercjali Maltin.

L-ewwel delegazzjoni li se tkun komposta minn rapprezentanti ta' ghadd ta' kumpanniji Maltin fl-oqsma tal-manifattura u s-servizzi mistennija zzur Tripli u Benghazi f'April, filwaqt li aktar tard matul is-sena se ssir zjara minn delegazzjoni maghmula minn rapprezenanti ta' kumpanniji li jipproducu prodotti ghall-konsum.

Il-Ministru Bonnici esprima s-sodisfazzjon tieghu li Malta issa nghatat l-opportunit'? li tippartecipa kemm permezz tal-kumpannija sussidjarja ta' l-Air Malta, Air Supplies and Catering Co Ltd, kif ukoll ta' interessi privati Maltin, fil-ftuh ta' dawn iz-zewg srtabbilimenti fl-Ajruport Internazzjonali ta' Tripli u wera t-tama li dan ikun il-bidu ta' opportunitajiet simili ohra fil-futur.

Hu temm li m'ghandu l-ebda dubju li l-hbiberija li dejjem ezistiet bejn il-popli tal-gemaherija u Malta se tkompli tissarraf f'relazzjonijiet aqwa, mhux biss bejn iz-zewg pajjizi izda wkoll bejn l-Ewropa u l-Afrika.

Waqt li kien fil-Libja, il-Ministru Bonnici, li kien akkumpanjat ukoll mic-Chairman tat-Tarzna ta' Malta John Cassar White, kellu tahditiet ma' ufficjali gholja tal-Gvern Libjan dwar il-possibbilt'? ta' xoghol ghat-Tarzna ta' Malta

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow