JITKOMPLA X-XOGHOL B?KONNESSJONI MAL-KOSTRUZZJONI TA WATER CULVERT FI TRIQ FORTUNATO MIZZI, FIL-BELT VICTORIA, GĦAWDEX
Ix-xogħol fuq il-kostruzzjoni ta' Water Culvert fi Triq Fortunato Mizzi, fil-belt Victoria, li ilu għaddej minn Awissu u li waqaf għal ftit żmien matul il-'imgħat tal-festi marbuta mal-Milied, f'dawn il-jiem re'a' beda sabiex jitkompla x-xogħol fuq il-kanal ta' l-ilma tant meħtie' f'dawn l-inħawi tal-belt.
Il-problema ta' l-ilma tax-xita f'din it-triq prinċipali tal-belt tal-gżira, ilha teżisti snin twal. Kien għalhekk li l-Ministeru għal '?awdex ħa l-inizjattiva sabiex jirrimedja għal dan l-inkonvenjent. Ix-xogħlijiet involuti kienu jirrekjedu spejjeż kbar, kemm minħabba t-tul tat-trinka, kif ukoll minħabba l-bosta servizzi li għaddejjin minn taħt l-art, u li allura jirrendu x-xogħol aktar diffiċli. Minkejja dan kollu, il-Ministeru għal Għawdex daħal għal dan il-pro'ett u ħare' l-offerti meħtie'a biex titħaffer u tinbena trinka għall-ilma li minn ħdejn il-Villa Rundle twassal sal-Wied Ta' Żejta.
Il-Water Culvert huwa diviż f'żew' livelli, parti għall-ilma u l-parti l-oħra li ser isservi biex minnha jgħaddu s-servizzi li jkunu meħtie'a fil-futur. B'hekk ji'u eliminati darba għal dejjem l-inkonvenjenti ta' tħaffir ta' diversi trinek fl-istess triq.
L-ewwel fażi tax-xogħol, li kienet tikkonsisti fil-parti li mill-Wied twassal sal-Crossroads, tlestiet fiż-żmien stipulat. It-tieni parti tax-xogħol, li kien jikkonsisti fi tħaffir u kostruzzjoni fil-parti t'isfel ta' Triq Fortunato Mizzi tlesta sal-bidu ta' Diċembru, fejn ix-xogħol waqaf minħabba l-inkonvenjenzi żejda li setgħu inqalgħu in konnessjoni ma' l-attivitajiet tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, peress li din it-triq hija arterja prinċipali.
Issa, kif kien imwiegħed, minn nhar it-Tnejn 15 ta' Jannar, ix-xogħol fuq it-tielet fażi tal-kanal ta' l-ilma re'a' beda. Dan ix-xogħol għandu jwassal tul Triq Fortunato Mizzi, triq ewlenija li fiha hemm tlett skejjel u diversi stabbilimenti Għawdxin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN