Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JHABBAR TNAQQIS FIL-BACKLOG TAL-KAWZI FIL-QRATI

pr0062
Date Icon 18/01/2001

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li tul is-sena l-oħra, għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar snin, in-numru ta' kawżi Ċivili deċiżi fil-Qrati kien aktar minn numru ta' kawżi 'odda. Dan ifisser li l-istrate'ija li qed jaddotta l-Gvern, flimkien mal-Ġudikatura u l-Avukatura, bdiet tħalli l-frott tagħha.

Huwa qal dan waqt ċerimonja qasira li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Ber'a ta' Kastilja, li matulha disa' avukati 'odda ngħataw il-Warrant, li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jipprattikaw il-professjoni legali.

Il-Ministru qal li bla ebda dubju wieħed irid ifaħħar lil membri tal-Ġudikatura għall-kisba ta' dawn ir-riżultati għax huma kienu strumentali sabiex inbiddlu d-direzzjoni u bil-mod il-mod nibdew innaqsu n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati tagħna.

"Filwaqt li t-total ta' kawżi pendenti fil-Qrati Ċivili fl-1998 kien ta' kważi 15,000, illum il-kawżi pendenti niżlu għal ftit aktar minn 14,000 – bidla żgħira iżda sinifikanti għad-direzzjoni li qbadna," kompla Dr. Gatt.

Il-Ministru Gatt temm billi awgura lil dawn l-avukat 'odda li wara snin ta' studju u ta' sagrifiċċju, issa se jibdew imissu direttament mal-professjoni legali, bis-sodisfazzjon u l-problemi li din i''ib magħha.

'?al din iċ-ċerimonja attenda wkoll il-Prim Imħallef, l-Onor. Joseph Said Pullicino, li filwaqt li awgura lil dawn l-avukati, ħe''i'hom sabiex filwaqt li jifhmu l-ħtie'a fid-dinja ta' llum li jispeċjalizzaw, enfasizza wkoll l-importanza tal-prattika fil-Qrati sabiex avukat ikun wieħed komplet.

Il-President tal-Kamra ta' l-Avukati, Dr. Joe Azzopardi laqa' lil dawn il-membri 'odda fil-professjoni legali u awguralhom kull suċċess. Huwa enfasizza fuq il-bżonn li l-etika tkun prinċipju bażiku li dejjem iżommu miegħu u li s'issa, għalkemm żdied in-numru ta' l-avukati li jippratikaw f'pajjiżna, l-etika dejjem baqgħet bla mittiefsa.

Preżenti wkoll kien hemm l-avukat Anthony Barbara, Assistent Avukat Ġenerali f'isem l-Avukat Ġenerali, li ma setgħax jattendi peress li jinsab imsiefer fuq xogħol; u kif ukoll is-Sur Joe Tabone Adami, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-Avukati li ħadu l-warrant huma Dr. Andrew Zammit, Dr. Patricia Mallia, Dr. Conrad Cassar Torregiani, Dr. Conrad Portanier, Dr. Massimiliano Vella, Dr. Michael Grech, Dr. Andrea Gera De Petri, Dr. Jacques Rene Zammit u Dr. Andre Zerafa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow