Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT KUNTRATT GHAL $6 MILJUN XOGHOL LIT-TARZNA

pr0061
Date Icon 18/01/2001

Rapprezentanti tat-Tarzna ta' Malta u tal-kumpannija Brovig RDS ta' Aberdeen, tard il-bierah filghaxija, iffirmaw il-kuntratt li permezz tieghu t-Tarzna se taghmel b'kemm jiswew $6 miljun xoghlijiet biex it-tanker Northia jinbidel fi floating production storage and off-loading unit (FPSO), halli jibda jintuza b'konnessjoni mat-tfittix ghaz-zejt fit-Tunezija.

L-iffirmar tal-kuntratt sar fil-prezenza tal-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, li stqarr li d-diversi kuntratti kbar li rnexxielha tirbah f'dawn l-ahhar xhur it-Tarzna ta' Malta jikkonfermaw li l-hidma li qeghda ssir minn kull min hu koncernat biex it-tarzna tibda tqum fuq saqajha bdiet taghti r-rizultati.

Hu qal li wiehed ghandu japprezza kemm huma importanti kuntratti bhal dawn, aktar u aktar fid-dawl tal-kompetizzjoni qawwija li tezisti f'dan is-settur, u qal li certifikat li qed iwassal ghar-rebh ta' kuntratti bhal dawn hu dak tal-kwalit'? tax-xoghol.

Il-Ministru Bonnici enfasizza l-htie'a li x-xoghol jibqa' jsir tajjeb u fil-hin halli t-Tarzna tkun tista' tibqa' miexja bir-ritmu li tidher li qabdet. Hu qal li dan is-servizz tajjeb irid jinghata fi kwalunkwe kaz ghaliex anki l-aktar bicca xoghol zghira tista' sservi ta' certifikat tajjeb ghat-Tarzna, bhal ma 'ara dan l-ahhar fir-rigward ta' tiswija ur'enti li kellha ssir fuq tanker ta' kumpannija Ġermaniza. Il-Ministru Bonnici qal li s-supretendent tekniku ta' din il-kumpannija tant kien sodisfatt bil-livell professjonali li wriet it-Tarzna li kien se jbiegh fil-Ġermanja din l-esperjenza mill-aktar pozittiva.

Hu stqarr li sodisfazzjon simili ntwera wkoll dwar ix-xoghlijiet estensivi li saru f'dawn l-ahhar 'imghat fuq l-Atlantic Prosperity, l-akbar tanker li qatt dahal Malta.

Irrefera wkoll ghal kuntratt iehor kbir li ntrebah dan l-ahhar ghal xoghol fuq vapur tal-flotta navali Amerikana u qal li dan jawgura tajjeb ghall-futur. Il-Ministru Bonnici qal li t-Tarzna se tkompli tfittex li tikseb xoghol minn kwalunkwe pajjiz iehor ghax il-Gvern prezenti ma jaghmilx distinzjonijiet.

Il-Ministru Bonnici temm li r-rebh ta' kuntratti li qed ikollha t-Tarzna hu konferma li l-istrate'ija 'dida li qed taddotta, qed ikollha l-effett mixtieq u se jkomplu jghinu biex isahhu l-image tat-Tarzna ta' Malta.

Il-kuntratt kien iffirmat minn John Harris, id-Direttur Kummercjali ta' Brovig RDS, u John Cassar White, ic-Chairman tat-Tarzna ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow