Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-PROGRAMM LOKALI GHAS-SENA EWROPEA TAL-LINGWI

pr0056
Date Icon 17/01/2001

Fid-dinja hawn madwar sitt biljun ruh li bejniethom jitkellmu bejn is-6000 u s-7000 ilsien differenti. Il-Kunsill ta' l-Ewropa, flimkien ma' l-Unjoni Ewropea, ghazlu is-sena' 2001 bhala s-sena Ewropea tal-Lingwi (European Year of Languages - EYL). L-iskop hu li matul l-2001, l-Ewropa ticcelebra d-diversita' lingwistika taghha.

Il-lingwi jaghtuna opportunitajiet diversi; mhux biss jistghu jaghtuna opportunitajiet ta' xoghol, izda jghinuna napprezzaw ukoll il-kultura li hemm wara dik il-lingwa u l-pajjiz li minnu gejja. Il-programm tas-Sena Ewropea tal-Lingwi hu mahsub biex jippromwovi l-lingwi kollha wzati fl-Ewropa u biex twassal il-messagg li kullhadd jista' jitghallem lingwa gdida u li qatt m'hu tard jew kmieni wisq biex nitghallmu.

Waqt it-tnedija ufficjali tal-programm lokali ghas-Sena Ewropea tal-Lingwi, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, fisser l-importanza tal-lingwi b'mod specjali ghal pajjizi bhal Malta, fejn il-kisba ta' lingwi differenti tissarraf f'kompetittivita' u prosperita'. Hafna jqisu l-Ewropa bhala kontinent b'numru kbir ta' lingwi, madankollu l-225 lingwa Ewropea jirrapprezentaw 3% biss tal-lingwi mitkellma fid-dinja; il-maggoranza tal-lingwi jinstabu fil-kontinenti ta' l-Asja, l-Afrika u l-Amerika t'Isfel. Ghalhekk, il-Ministru sostna li Malta ma tridx tibqa' thares biss lejn il-lingwi tradizzjonali li drajna matul is-snin, izda trid tara liema huma dawk il-lingwi li qed jemergu bhala lingwi importanti. Il-kisba ta' kompetenza f'dawn l-ilsna tista' taghtina vantagg ekonomiku u kulturali.

Il-fatt li l-Maltin jitkellmu ta' l-inqas zewg lingwi kien u ghadu vantagg li ghen fl-izvilupp ekonomiku, kulturali u socjali taghna. Ghalkemm jidher li l-Ingliz se jibqa' lingwa importanti fil-futur qrib, ma nistghux nghidu li l-lingwa Ingliza hi bizzejjed ghalina. Irridu nharsu wkoll lejn l-izviluppi li qed isehhu madwarna. Irridu naraw x'rwol ghandha tiehu Malta fir-regjun tal-Mediterran. Fuq kollox irridu nharsu lejn il-futur u nhejju ruhna biex qatt ma ninqabdu fuq sieq wahda.

Il-Programm li qed ikun ikkordinat mis-sezzjoni ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, tfassal minn-Kumitat Nazzjonali li twaqqaf apposta. Dan il-Programm jinkludi numru ta' attivitajiet mifruxa matul is-sena kollha li jinkludi programmi fuq it-televizjoni, film festivals, kompetizzjonijiet, pubblikazzjoni ta' ktieb, attivitajiet li jinkludu d-drama, symposium ghall-ghalliema u attivitajiet ohra mahsuba biex jippopolarizzaw il-lingwi.

Il-Ministru qal li, bhala parti min dan il-programm, se jsiru numru ta' seminars/konferenzi biex, flimkien ma l-istakeholders kollha, l-awtoritajiet ta' l-edukazzjoni jaghmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni prezenti tat-taghlim tal-lingwi f'Malta, u x'passi ghandhom jittiehdu issa, biex inkunu mhejjija ahjar ghall-gejjieni. Il-Ministru qal li ghalkemm dawn il-laqghat se jittrattaw il-lingwi tradizzjonali bhal-Malti, l-Ingliz, il-Franciz, l-Ispanjol, it-Taljan u l-{ermaniz se jkunu trattati wkoll lingwi tal-girien taghna bhall-Gharbi, kif ukoll dawk ta' pajjizi li bhalissa ghaddejjin minn zvilupp ekonomiku kbir u li fil-futur jistghu ikunu ta' importanza kbira bhalma huma r-Russu, ic-~iniz u l-{appuniz. Se jkunu organizzati wkoll seminars/konferenzi dwar l-uzu tal-Malti u ta' l-Ingiz fil-media.

Ghall-Ministru s-Sena Ewropea tal-Lingwi se tahbat tajjeb ma' zviluppi ohra importanti fosthom il-process tal-Kurrikulu Nazzjonali, u l-ahbar li nghatat din il-gimgha li Malta giet identifikata biex torganizza korsijiet tal-lingwi l-inqas mitkellma u mghallma.

Dwar il-Kurrikulu, il-Ministru qal li dan jishaq fuq il-htiega li jkun hemm politika lingwistika li ssahhah il-bilingwizmu, filwaqt li tgholli l-livell tal-metodi uzati fit-taghlim tal-lingwi. Il-Kurrikulu jitkellem ukoll dwar il-lingwa tal-media u kif it-tfal ghandhom jizviluppaw attitudnijiet kritici bbazati fuq sistema ta' valuri personali, biex b'hekk ikollhom attitudni selettiva rigward il-konsum tal-media.

Il-Ministru wera x-xewqa tieghu li din is-sena tkun verament sena ddedikata ghall-lingwi, ghaliex il-lingwi huma cavetta importanti ghall-futur. Hu qal li din is-sena se taghtina opportunita' biex naghmlu evalwazzjoni tajba ta' kif mixjin rigward il-lingwi u fl-istess hin naggornaw l-istrategiji taghna ghal futur. Il-Ministru Louis Galea temm billi heggeg lil kulhadd biex jiehu interess attiv fil-programm ta' attivitajiet li se jkunu organizzati matul din is-sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow