Left arrow Go Back

RESTAWR TAL-QNIEPEN TAL-BRONZ TAL-KNISJA TA SANTA CATERINA D'ITALIA

pr0054
Date Icon 17/01/2001

Il-Unit għar-Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent qed jingħata s-servizzi ta' Giovanni Morigi, restawratur rinomat Taljan biex jirrestawra l-qniepen tal-bronz tal-Knisja ta' Santa Caterina d'Italia, fil-Belt Valletta. Dan l-intervent, flimkien max-xogħol ta' restawr li qiegħed isir bħalissa f'din il-knisja, qed ikun finanzjat minn fondi taħt il-protokoll finanzjarju bejn l-Italja u Malta. Iż-żew' qniepen tal-bronz imorru lura għas-snin 1710 u 1848 rispettivament.

Giovanni Morigi wettaq pro'etti importanti ta' restawr ta' xogħlijiet ta' l-arti fl-Italja. Fost ix-xogħlijiet storiċi rrestawrati minn Morigi hemm l-istatwa ta' ‘Perseo' ta' Benvenuto Cellini, l-istatwa ta' Napuljun ta' Antonio Canova (1811), il-bibien tad-Duomo ta' Pisa, l-istatwa ekwestri ta' ‘Bartolomeo Colleoni' del Verrocchio f'Venezja, il-funtana ‘delle Tredici Cannelle' f'Ancona u balla ta' l-azzar tas-Seklu XV fil-Fortizza ‘Brancaleone' f'Ravenna. Wettaq ukoll ir-restawr ta' materjal arkeolo'iku u bronzi dekorattivi f'Pompei u Hercolanum. Kien ukoll involut fit-tisħiħ ta' l-istruttura ta' l-injam tad-dar ta' Marco Polo f'Venezia.

Hi ukoll l-intenzjoni ta' l-Unit tar-Restawr, b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Mużew, li 'l quddiem jinksbu s-servizzi ta' Giovanni Morigi għar-restawr tal-bust tal-bronz tal-Gran Mastru Emanuel Pinto de Fonseca, li jmur lura għal nofs is-Seklu XVIII u li bħalissa hu miżmum fl-Armerija tal-Palazz. Hekk dan ix-xogħol importanti ta' arti jintwera fil-potenzjal kollu tiegħu.

Giovanni Morigi se jagħti lecture bil-lingwa Taljana bit-tema Il-restauro dei grandi bronzi all'aperto: Il-Perseo di Benvenuto Cellini fl-Istitut Kulturali Taljan, nhar il-'?amis 18 ta' Jannar, fis-6.00 p.m. Il-pubbliku hu mistieden jattendi għal dan il-lecture.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow