VANDALIŻMU FL-INĦAWI TA GĦAR ĦASAN
Matul ix-xahar ta' Diċembru, ħaddiema mill-Unit għall-Ambjent Nadif fil-Ministeru għall-Ambjent, wettqu ħidma importanti biex naddfu l-inħawi ta' Għar '?asan, fin-nofsinhar ta' Malta, minn skart goff u minn għexieren ta' trakkijiet ta' skart mill-industrja tal-bini. Il-ħaddiema ta' l-istess unit qatgħu ukoll il-ħaxix ħażin fl-inħawi ta' Għar '?asan u mit-triq li minn Għar '?asan tagħti għat-triq ta' '?al Far. Dawn il-ħaddiema qegħdin bħalissa jnaddfu ukoll it-triq li tagħti għall-Fortizza ta' Bengħajsa. Miż-żew' lokalitajiet di''? tneħħew 144 trakk, jew 1589 tunnellata ta' skart ta' kull tip.
Ma' dawn il-ħaddiema, għal xi jiem ingħaqdu wkoll ħaddiema mit-Taqsima tad-Distretti, mill-istess Ministeru għall-Ambjent. Dawn tellgħu ħitan li twaqqgħu b'mod vandalu, għalqu dħul għal lokalit'? fejn kien qed jintrama' skart u fejn hemm bini li kien qed jintuża għal skopijiet li żgur li ma nbeniex għalih u għamlu diversi xogħlijiet oħra biex il-lokal jingħata dehra aħjar.
Lejn l-aħħar tas-sena, persuni mhux magħrufa re'għu tefgħu f'dawn l-inħawi kwantit'? kbira ta' skart. Immedjatament sar magħruf b'dan l-att vandalu, il-Ministeru għall-Ambjent qabbad lill-Unit għall-Ambjent Nadif biex jer'a' jneħħi dan l-iskart li re'a' kien depositat fl-inħawi mnaddfa.
Il-Ministeru għall-Ambjent għandu pjani biex darba li jkun naddaf dawn l-inħawi, jsebbaħħhom biex dawk il-Maltin u turisti li jżuruhom jkunu jistgħu jgawduhom fl-istat ta' indafa li nixtiequ narawhom dejjem.
Il-Ministeru għall-Ambjent jer'a' jwissi li jittieħdu passi kontra kull min jinqabad jiddeposita skart f'dawn l-inħawi u fi kwalunkwe post ieħor fejn mhux permess mil-li'i.
Minn pajjiż nadif igawdi kulħadd. Għalhekk kulħadd għandu jagħmel ħiltu biex lil pajjiżna nżommuh nadif dejjem.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN