Left arrow Mur Lura

THAWWIL TA' SIGAR FL-IMTARFA FL-OKKAZJONI TAL-JUM NAZZJONALI TAS-SIGAR U L-GIMGHA TAL-MASGAR

pr0049
Date Icon 16/01/2001

"B'din iċ-ċerimonja qed infakkru żew' okkażżjonijiet: il-Jum Nazzjonali tas-Si'ar (National Arbor Day) li qed isir għat-tlettax-il darba fuq skala nazzjonali organizzata mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, u qed infakkru wkoll il-Ġimgħa tal-Mas'ar (Woodland week) li qed isir għall-ħames darba minn meta 'ie inawgurat kunċett 'did ta' abitat jew ambjent ta' mas'ar f'pajjiżna. J'Alla dan l-interess fis-si'ar li qajmu l-għaqdiet governattivi fost il-Poplu Malti jkompli joktor għal 'id ta' kulħadd." Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Ninu Zammit, waqt ċerimonja ta' tħawwil ta' si'ar fl-Imtarfa.

Il-Ministru Zammit żied jgħid illi l-kunċett ta' mas'ar ji'bor fih mhux biss si'ar u arbuxxelli, iżda wkoll għadd ta' ħlejjaq oħra li jvarjaw minn agħsafar għal insetti. Il-mas'ar joħloq opportunitajjiet għal diversi attivitajiet kulturali, rikreattivi, sportivi kif ukoll turistiċi. Għalhekk wieħed għandu jħares lejn il-mas'ar mhux biss bħala grupp ta' si'ar, iżda bħal abitat varjat ambjentali.

Il-Perit Ninu Zammit faħħar l-idea ta' l-International Tree Foundation li tipprovdi si'ar taż-żebbu', imlaqqam tal-mejda. Minkejja li l-Imtarfa għandha mas'ar fit-telgħa u għadd ta' si'ar madwar l-iskola sekondarja fejn qabel kien sptar militari, għad fadal bosta mkejjen għat-tħawwil minħabba l-iżvilupp fl-oqsma tad-djar.

Il-Ministru Ninu Zammit qal li ż-żebbu'a, si'ra li tissimbolizza l-Paċi, hija si'ra li tiffitja fl-ambjent Malti u Għawdxi tagħna. Is-si'ra taż-żebbu', li tikber f'artijiet bi klima Mediterranja, tgawdi ħajja twila ħafna u hemm minnhom li ilhom jgħixu għal mijiet ta' snin. Hija si'ra li tiflaħ sewwa għall-elementi ambjentali u kapaċi tfendi fl-iżjed art diffiċli f'kondizzjonijiet xotti u sħan. Barra mid-dehra sabiħa tagħhom u l-frott li jipproduċu, is-si'ar taż-żebbu' huma ideali bħala ilqugħ kontra r-riħ. '?aldaqstant, barra mill-produzzjoni ta' l-ikel, iż-żebbu'a tista' faċilment ti'i nkluża bħala windbreaker fi skemi ta' landscaping.

Il-Perit Ninu Zammit qal li fl-Imtarfa, minbarra il-qasam tad-djar, hawn istituzzjonijiet speċjali fostom ‘Dar l-Anzjani', ‘Dar il-Kaptan', kif ukoll ċentru speċjali ta' taħri' ta' l-adulti bi bżonnijiet speċjali. Huwa sostna li dawn jixirqilhom ambjent sabieħ fejn ikunu jistgħu jirrikrejaw ruħhom.

Ippreżenta wkoll si'ar li 'ew mogħtija minn din is-soċjet'? tat-tip Cercis – si'ar endemiċi magħrufa aħjar bħala Si'ar ta' Ġuda – lir-rappreżentant tal-Malta International Airport. Dawn ser jitħawlu fit-triq ta' quddiem l-Ajruport, fejn hemm xi nuqqas ta' si'ar minn dawk li kienu 'ew ipprovduti u mħawla mid-dipartiment ta' l-Agrikoltura meta tlesta l-Ajruport il-'did. Huwa qal li għalkemm din it-triq arterja hija pubblika, l-MIA ħadet l-inkarigu li tieħu ħsieb it-tisqija u tindif tagħhom.

Il-Ministru Zammit qal li l-'est ta' soċjet'? mhux governattiva (NGO) li toffri si'ar lil kumpanija għal skop pubbliku huwa ta' min ifaħħaru u ta' dehen għal min jikkupjah.

Il-Ministru Ninu Zammit temm id-diskors tiegħu billi rringrazja lill-International Tree Foundation ta' l-għotja tagħhom, lill-Kunsill Lokali għall-organizzazzjoni biex dan it-taħwil isseħħ, kif ukoll lill-MIA li qed tagħti sehem fil-ħidma għall-ambjent naturali aktar sabieħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow