Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-QBIELA

pr0047
Date Icon 16/01/2001

It-Taqsima Propjet'? tal-Gvern qeghdin jaslula rapporti illi artijiet propjet'? tal-Gvern, jew li kienu tal-Knisja u saru tal-Gvern, qeghdin jigu kkapparrati b'diversi modi, biex ikunu jistghu jintefghu applikazzjonijiet ghalihom taht l-iskema tal-Qbiela li l-Gvern nieda f'Awissu 2000.

It-Taqsima tixtieq tfakkar illi applikazzjonijiet taht l-iskema jistghu jsiru biss ghar-rigward ta' dawk l-artijiet li ilhom jinhadmu ghal ta' l-anqas sentejn qabel ma thabbret l-iskema. Tixtieq tfakkar ukoll li l-applikazzjonijiet iridu jkunu akkumpanjati minn affidavit f'dan ir-rigward. Dawn id-dikjarazzjonijiet se jigu vverifikati ma' ritratti li jezistu u li juru liema artijiet kienu jinhadmu fl-1998 u se jittiehdu passi kriminali kontra min jinstab li ha gurament falz.

Il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq ifakkar li l-iskema, li originarjament kellha taghlaq fl-ahhar ta' Jannar, giet estiza b'xahar u se taghlaq fit-28 ta' Frar 2001. M'hux se jigu accettati aktar applikazzjonijiet wara din id-data minhabba x-xoghol kbir ta' pprocessar li din l-iskema ggib maghha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow