Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU GHALL-AGRIKOTURA U SAJD

pr0044
Date Icon 15/01/2001

B'referenza għall-istqarrija maħru'a mill-Kelliem Ewlieni ta' l-Opposizzjoni dwar il- produzzjoni tal-majjal, il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit qal li għal darba oħra jidher ċar li l-Kelliem ta' l-Opposizzjoni ma għamel l-ebda verifika tal-fatti li hu qed jallega.

Il-Ministru Zammit fakkar li l-Onorevoli Farrugia diversi drabi stqarr pubblikament affarijiet li mhux talli jirriżultaw li ma jkunux minnhom, iżda talli l-istess Onorevoli Farrugia lanqas biss jindenja ruħu li jmur jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu quddiem l-awtorita` relevanti. Fost dawn wieħed isib –

l-allegazzjoni ta' korruzzjoni fl-importazzjoni tat-ti'ie', li 'iet mċanfra saħansitra mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni,

il-profezija ta' falliment fil-prezz tal-patata esportata għas-sena 2000, liema prezz mhux talli ma kienx fjask, izda talli kien prezz ferm aħjar minn dak li ta l-istess Onorevoli Farrugia meta kien Ministru hu. Dan minkejja id-diffikultajiet li ltaqet magħha l-esportazzjoni tal-patata dik is-sena,

Il-Ministru Zammit fakkar ukoll li l-istess Kelliem ta' l- Opposizzjoni pprova jallarma lill-produtturi tal-majjal bl-export refunds li l-Unjoni Ewropea tagħti fuq il-majjal esportat barra mill-UE. Dawn tneħħew unilateralment mill-Unjoni sa minn Lulju tas-sena l-oħra, avolja aħna ma konniex imseħbin ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Onorevoli Farrugia missu fehem li l-politika ta' Svizzera fil-Mediterran hija politika li ma għandha bażi la fir-realta`, u lanqas fil-possibilita`. Dan għaliex huwa fatt magħruf illi ma tistax ti'i negozjata żona ta' kummerċ ħieles li tkun teskludi is-setturi tal-biedja u sajd. Għaldaqstant il-ftehim ma' l-UE li qed jipproponi il-Partit ta' l- Opposizzjoni jfisser liberalizzazzjoni assoluta f'dan is-settur mingħajr l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja biex l-istess settur ikun jista' ji'i msaħħaħ. Dan huwa kkonfermat anki minn dak li qal l-Onorevoli Alfred Sant, Prim Ministru ta' dak iż-żmien, meta fid-29 ta' April 1998, f'intervista li ta lill-gazzetta lokali, The Times, kien stqarr illi ma nkunux f'posizzjoni li nipprote'u l-prodotti agrikoli tagħna fosthom il-majjal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow