Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AMBJENT BI TWEGIBA GHALL-ISTQARRIJA MAHRUGA LLUM MILL-ALTERNATTIVA DEMOKRATIKA

pr0043
Date Icon 15/01/2001

B'riferenza għall-istqarrija maħru'a mill-Alternattiva Demokratika illum dwar tni''iż mill-Power Station tal-Marsa, il-Ministeru għall-Ambjent jixtieq jispeċifika dan li 'ej:

'?'?ar rigward tat-trab iswed din il-kwestjoni tqajjmet xi xhur ilu; il-Gvern kien pront qabbad esperti biex jidentifikaw is-sors ta' dan it-trab. Darba li sar magħruf li dan it-trab kien ħiere' mill-Power Station tal-Marsa, il-Gvern, kif wiegħed, ħa passi immedjati biex isolvi l-problema. F'Novembru tas-sena l-oħra tqabbad b'suċċess electrostatic precipitator fil-Power Station tal-Marsa. Permezz ta' dan l-apparat id-dħaħen li joħor'u mill-boiler numru tmienja issa fihom 90 fil-mija inqas trab. Boiler numru tmienja hu wieħed mil-akbar boilers f'din il-Power Station. Hu stmat li fuq medja ta' sena, 80 fil-mija ta' l-emissjonijiet kollha tal-Power Station tal-Marsa joħor'u minn boiler numru tmienja u boiler numru sebgħa. Bit-tħaddim tal-precipitators tagħhom l-ambjent sar aktar nadif.

'?Kif wiegħed il-Ministeru għall-Ambjent beda joħro' analiżi dwar il-kwalit'? ta' l-arja. L-ewwel analiżi ħar'et fit-28 ta' Diċembru tas-sena l-oħra u analiżi bħal dawn se jibdew joħor'u b'mod regolari. Mill-ewwel analiżi ħar'u riżultati inkora''anti dwar il-livelli ta'diversi sustanzi, ħlief għal dak dwar it-trab fin. Dan it-trab fin, jew kif magħruf xjentifikament bħala PM10, jirriżulta minn dħaħen ta' xi vetturi, mill-industrja tal-bini, kif ukoll minn trab fin li ji'i minn fuq id-deżert. Ir-riżultati l-oħra huma fil-biċċa l-kbira aċċettabbli skond livelli internazzjonali. Permezz ta' dan il-programm pajjiżna għamel pass 'il quddiem biex Malta tkun fuq l-istess livell ta' monitera'' fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra barra l-Ewropa.

Il-Ministeru għall-Ambjent iqis bħal pass mill-aktar pożittiv għal Malta l-kollaborazzjoni li llum teżistu bejnu u d-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea, immexxi mill-Kummissarju Margot Wallstrom, li hija mistennija żżur Malta aktar tard din is-sena, fuq stedina ta' l-istess Ministeru għall-Ambjent ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow