Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. EDWARD FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU TA' MALTA, WAQT L-ISKAMBJU TA' L-AWGURI GHAS-SENA L-GDIDA MAL-KORP DIPLOMATIKU

pr0035m
Date Icon 12/01/2001

Ghal darb'ohra rega' ghandi l-opportunita li nifirhilkom fil-bidu ta' sena gdida. Nixtieq inwassal lilkom u lill-familji taghkom l-isbah xewqat f'dan iz-zmien ta' festi. Permezz taghkom nixtieq nawgura wkoll l-isbah xewqat tal-Gvern u l-poplu ta' Malta lill-Gvernijiet u l-popli rispettivi tal-pajjizi taghkom.

Ghal Malta, is-sena li ghaddiet kienet sena ta' izjed konsolidazzjoni. Qeghdin naghmlu progress kostanti biex inqieghdu sisien sodi li sejrin ikattru l-prosperita taghna, li qieghda kull ma tmur dejjem tizdied, kif ukoll biex inkabbru l-kontribut taghna favur l-ekonomija dinjija. Is-socjeta Maltija fil-livelli kollha taghha qieghda, kull ma tmur, tintebah li l-ghazla ekonomika vera m'hijiex jekk nibqghux nistkennu wara l-ilqugh tal-protezzjonizmu jew jekk ninfethux ghall-bqija tad-dinja, imma li nsibu l-mezz kif l-ahjar li nippreparaw ruhna biex nikkompetu fis-suq mondjali.

Fil-qasam intern, l-aktar kwestjonijiet vitali huma dawk li jirrigwardaw kif l-ahjar li naghmlu biex intejbu l-produttivita u l-efficjenza taghna, u kif inqassmu bl-aktar mod ekwu l-isforzi u s-sagrificcji mehtiega kif ukoll il-kumpensi xierqa. Fil-qasam barrani l-akbar premura taghna hija dwar ir-rwol li ghandu jkollna fil-pro?ss ta' koperazzjoni EwroMediterranja kif ukoll, f'termini aktar wiesgha, dwar il-mod li bih nistghu nizviluppaw ir-rwol taghna favur il-paci u l-koperazzjoni f'istituzzjonijiet multilaterali.

Jispira u jikkumplimenta l-isforzi kollha taghna hemm l-ghan li mill-aktar fis possibbli nissiehbu ma' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-bzonn li nizguraw li n-negozjati ghat-tishib li minnhom ghaddejjin ikunu tassew jirriflettu l-htigiet legittimi taghna kif ukoll l-aspirazzjonijiet l-aktar profondi.

Bla ebda dubju, ix-xoghol fuq in-negozjati ghas-shubija se jzommna mhabbtin hafna matul ix-xhur li gejjin. Izda nixtieq nizgurakom li, bhal dejjem, inkunu daqstant iehor attenti biex nikkultivaw u nkabbru ir-relazzjonijiet bilaterali ta' hbiberija u koperazzjoni li Malta bniet mal-medda tas-snin.

Matul dawn l-ahhar xhur, kien hemm konferma mill-aqwa li l-ekonomija Maltija tinsab miexja fit-triq it-tajba biex tirkupra mit-tendenzi negattivi ta' dawn l-ahhar ftit snin. Dan johrog car mill-istatistici sbieh li jindikaw it-tkabbir ekonomiku, il-livell ta' l-impjiegi u r-rata ta' l-inflazzjoni. 

Il-programm tat-tnaqqis fid-deficit miexi 'l quddiem aktar milli kien mistenni. Kien hemm ukoll titjib sostanzjali fil-figuri ta' l-esportazzjoni, zieda notevoli fl-investiment kif ukoll avvanz sod fis-settur tas-servizzi, li jinkludi t-turizmu, is-servizzi finanzjarji u t-trasbord.

Dawn ir-rizultati pozittivi huma l-frott bikri tas-success tal-programm ta' riforma strutturali wiesgha li minnu ninsabu ghaddejjin. Ingredjenti importanti ta' dan il-programm ta' riforma huma l-medda mdaqqsa jew fit-tul, li ghandhom jiehdu l-miri prin?pali biex isehhu, il-konsensus socjali wiesa' li fuqu ghandu jigi mibni, kif ukoll il-ftuh ghall-ekonomija globali li minnu hu ispirat.

F'dan ir-rigward l-isforzi principali taghna ghadhom immirati lejn tliet direzzjonijiet - titjib fl-efficjenza u l-effikacja tas-settur pubbliku, tkattir tal-produttivita u l-hila kompetittiva tas-settur privat, kif ukoll l-izvilupp fl-istrutturi materjali, legislattivi u amministrattivi tal-pajjiz.

Progress sinifikanti qieghed isehh f'dawn it-tliet oqsma. Fil-ftehim kollettiv li kien gie ffirmat mas-Servizz Pubbliku fl-1998, kien sar il-patt li z-zieda fit-titjib tal-kundizzjonijiet tas-Servizz kellha timxi pari passu ma' titjib fil-motivazzjoni, fid-dixxiplina u fl-efficjenza, biex is-servizz jahdem b'anqas nies, jistinka biex jintlahqu l-ghanijiet mixtieqa u l-pubbliku jinqeda bla tahbit. F'dan ix-xahar issehh fazi importanti fl-implimentazzjoni tieghu meta tidhol fis-sehh revizjoni kbira fis-salarji skond ma gie miftiehem.

Il-liberalizzazzjoni ta' l-ekonomija taghna toffri tahlita ta' sfidi u opportunitajiet lill-intraprendituri Maltin. L-ghan tal-Gvern tieghi hu li joffri l-inkoraggiment u l-ghajnuna biex jinghelbu l-isfidi, kif ukoll biex jinghataw pariri u sapport biex dawn l-opportunijiet jigu sfruttati. Kif juru l-figuri inkoragganti ta' l-esportazzjoni taghna, il-beneficcji diga qeghdin jinhassu.

Recentement twaqqfet infrastruttura gdida fl-industriji tat-turizmu u tat-trasbord - l-ewwel nett bit-twaqqif ta' l-Awtorita Maltija tat-Turizmu u mbaghad bit-tkomplija tal-Freeport Terminal Two. Fix-xhur u fis-snin li gejjin dawn huma mistennija li jgibu titjib sinifikanti f'dawn iz-zewg industriji vitali.

Wasal biex jitlesta programm ta' ristrutturar tat-tarznari taghna li qieghed ihejji parametri u metodi ta' kif l-ghajnuna mill-Istat lil dawn l-entitajiet ghandha tonqos u tigi fix-xejn u biex irawwem fihom il-kapacita biex maz-zmien jaghtu huma wkoll il-kontribut dirett taghhom b'rizq l-izvilupp ekonomiku ta' Malta.

Il-programm ta' liberalizzazzjoni ekonomika jinkludi mizuri mhux zghar ta' privatizzazzjoni. Fost is-setturi li jmisshom jigu inkluzi hemm il-Freeport, l-Ajruport Internazzjonali, il-Lottu Pubbliku u l-Attivita Bankarja. Nibdew bil-privatizzazzjoni kif ikun jaqbel lill-pajjiz, waqt li noqoghdu attenti biex nizguraw li s-servizzi essenzjali jibqghu jinzammu biex kulhadd ikun moqdi.

Matul l-ahhar tnax-il xahar sar hafna xoghol fil-qasam legislattiv u amministrativ. Sar progress fil-liberalizzazzjoni ta' l-industrija tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll fl-oqsma tal-proprjeta industrijali u intellettwali, ta' l-istatistika, l-awditjar intern, it-trasport pubbliku, il-garr tal-merkanzija bil-bahar, il-kontroll tal-kambju, il-kompetizzjoni u l-immaniggjar tar-rizorsi.

Il-hidma ghandha tissokta f'dawn l-oqsma kif ukoll f'ohrajn u tkun tinkludi d-data protection, il-kummerc elettroniku, il-politka ta' l-ippjanar regjonali, il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-agrikoltura. B'zieda ma' dan, ghaddej fil-Parlament dibattitu dwar Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju, li ghandu jqieghed l-incentivi lill-industrija fuq bazi aktar wiesgha u aktar aggornata.

Fix-xhur li gejjin ghandu jinbeda x-xoghol fuq tnejn mill-akbar progetti infrastrutturali fil-portijiet principali. L-ippjanar ikompli ghaddej fuq progetti ohra infrastrutturali ta' certu kobor f'oqsma ohra, fosthom l-energija, l-immaniggjar ta' l-ambjent u t-trasport. Ix-xoghol fuq l-isptar il-gdid, li sa jkun akbar fid-daqs, miexi 'l quddiem kif kien ippjanat.

Fl-isfond ta' socjeta prospera, imsejsa fuq ix-xoghol u fuq is-solidarjeta, bi hsiebna nkomplu nfittxu s-sisien imnejn nistghu nissieltu biex niksbu r-rwol li jisthoqqilna fi hdan il-komunita internazzjonali. L-area Ewro-Mediterranja hija c-centru naturali fejn hija ffokata l-attenzjoni immedjata taghna.

Matul dawn l-ahhar xhur, il-Medju Orjent kien jalterna bejn ghajn ta' tama gdida u bejn inkwiet serju. Meta nixhtu harsitna lilhinn mill-komplessita u d-dizappunti ta' issa, ikollna nirrikonoxxu l-isforzi immensi tal-protagonisti principali f'din it-tragedja, li tant gibdet fit-tul, biex tinstab soluzzjoni. Ahna nkomplu nissapportjaw l-isforzi ta' l-Unjoni Ewropea biex tkabbar il-kontribut taghha ghall-process tal-paci b'tali mod li jkun jirrifletti aktar bic-car kemm l-interessi kif ukoll il-kapacitajiet taghha.

F'kuntrast mas-sitwazzjoni tal-Lvant Nofsani, dik tal-Balkani nbidlet f'wahda ta' tama u ta' kuragg matul is-sena li ghaddiet. Il-process demokratiku qieghed kull ma jmur jasserixxi ruhu fil-pajjizi kollha li hargu minn dik li fl-imghoddi kienet il-Jugoslavja. Ghalhekk il-hidma li twettqet mill-komunita internazzjonali bdiet trodd il-frott, minkejja d-dizappunti tal-passat. Hawnhekk ukoll l-Unjoni Ewropea ghandha rwol krucjali x'tisvolgi biex thares dak li nkiseb, kif ukoll biex thejji t-triq lejn gejjieni aktar stabbli u prosperu.

Ma setax jonqos li l-process ta' koperazzjoni Ewro-Mediterranja jintefa' lura minhabba d-disfatti recenti fil-process tal-Paci fil-Medju Orjent. Izda l-ftehim fost Stati membri ta' l-UE biex jizdiedu l-fondi ghall-MEDA ghas-sitt snin li gejjin huwa zvilupp xieraq li ghandu jghin biex jissahhah il-process ta' Barcellona. Malta ghadha obbligata bis-shih li ssostni dan il-process, li jidher li huwa l-bazi ideali biex ikunu jistghu jinbnew stabbilta, sigurta u prosperita fit-tul fil-Mediterran.

Meta nharsu lejn ix-xena aktar wiesgha, dik internazzjonali, haga li kkagunat dizappunt kienet in-nuqqas ta' konkluzjoni sodisfacenti tal-Konferenza dwar il-Klima, li sehhet f'Novembru f'The Hague. Bil-firxa tal-globalizzazzjoni qieghed isir wisq anqas possibbli li xi hadd jista' jahrab mir-responsabbilta kollettiva. Il-harsien ta' l-ambjent globali ghall-generazzjonijiet prezenti u futuri huwa bla ebda dubju wiehed minn dawn l-oqsma.

Matul is-sena 2000, il-klima ekonomika internazzjonali kienet, fil-bicca l-kbira, wahda tajba kemm fid-dinja industrijalizzata kif ukoll f'dik li ghadha qed tizviluppa. Biex naghrfu kemm kien ta' fejda ghall-bicca l-kbira ta' l-Istati taghna l-effett ta' dan kollu, jehtieg infakkru lilna nfusna kemm huwa importanti li nibnu sisien sodi ghall-futur. Dan huwa necessarju b'mod specjali fil-kuntest ta' aktar titjib fil-pattijiet u kundizzjonijiet tal-kummerc, specjalment fejn ghandhom x'jaqsmu l-pajjizi l-aktar foqra u dghajfa.

Jehtigilna wkoll li nkomplu nrawmu u nizviluppaw l-istituzzjonijiet multilaterali li nbnew b'tant tahbit matul l-ahhar de?nnji. L-edificcju impressjonanti li jhaddan fih dawn l-istituzzjonijiet dinjija, b'mod specjali s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll istituzzjonijiet regjonali, bhalma huma l-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OSCE, huwa aspett integrali tas-socjeta globali li qed tevolvi. Il-hidma bla heda taghna ghandha tkun indirizzata biex dan l-edificcju jintuza dejjem ahjar.

 L-ghan ta' Malta li tissieheb fl-Unjoni Ewropea jispira u jikkumplimenta l-isforzi kollha taghna. Diga qed naraw kif anke l-istess process preliminari tas-shubija qieghed jissostanzja u jindirizza l-isforz nazzjonali lejn l-izvilupp. Dan qieghed joffrilna mudelli li diga rnexxew bnadi ohra biex nistghu nimplimentaw ir-riformi mehtiega, billi jghinna biex nistharrgu x'ghandhom ikunu l-miri taghna u billi jaghtina l- kuragg u l-ghajnuna tant mehtiega fl-oqsma li huma mill-aktar kumplessi u difficli.

Fil-qasam barrani, ir-rwol dejjem jikber li l-Unjoni Ewropea qieghda dejjem tisvolgi fir-relazzjonijiet internazzjonali qieghed isahhahna fil-fehma taghna li, bhala membru ta' l-Unjoni, Malta tkun tista' taqdi r-rwol taghha ahjar favur il-paci u l-koperazzjoni fil-Mediterran u lilhinn minnu.

Bla ebda dubju, minn mindu applikajna 'l fuq minn ghaxar snin ilu, dawn l-ahhar tnax-il xahar kienu mill-aktar produttivi ghall-applikazzjoni taghna biex nissiehbu fl-EU. F'temp ta' ghaxar xhur, ftahna n-negozjati fuq aktar minn nofs it-taqsimiet li kellhom jigu koperti. Sa issa, b'mod provizorju, temmejna n-negozjati fuq aktar minn terz ta' dawn it-taqsimiet.

Dan ir-rekord, fih innifsu, huwa qies ta' kemm ahna lesti u impenjati biex insiru membri. Barra minn hekk, din hija konferma mill-gdid li se nkunu kapaci nilhqu l-ghan ewlieni taghna li nkunu fost l-ewwel tkabbir fl-Unjoni.

Il-ftehim li ntlahaq fil-Kunsill Ewropew f'Nizza ta imbuttatura gmielha lill-process ta' tkabbir. L-ewwelnett, il-konkluzjoni tal-Konferenza Intergovernattiva dwar ir-Riformi Istituzzjonali wittiet it-triq ghall-fazi finali biex jinbdew in-negozjati ghall-ghaqda mal-pajjizi l-aktar avvanzati. Dan il-process se jigi ffacilitat hafna permezz ta' proposti kostruttivi dwar l-istrategija tas-shubija, li giet imfassla mill-Kummissjoni u mwettqa mill-Unjoni ta' l-Istati membri.

Dak li huwa wkoll importanti ghal Malta u pajjizi applikanti ohra huwa l-fatt li d-decizjonijiet li ttiehdu f'Nizza dwar il-kwestjoni tar-riforma istituzzjonali zammet fis-sehh dak li ahna nemmnu li huwa wiehed mill-izjed principji essenzjali li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, cio?-ugwaljanza fundamentali ta' l-Istati membri kollha. Wiehed irid jammetti li certi aspetti tad-decizjonijiet ta' Nizza rigward il-livell ta' rapprezentazzjoni, li gie propost ghal Stati membri godda inkluza Malta, m'humiex tabilfors qeghdin jaqblu ma' dan il-principju fundamentali. Izda kollox ma' kollox, ahna fiducjuzi li l-integrita ta' dan il-principju qed tigi sostnuta. Se jkun l-ghan ta' Malta li tahdem biex jigi aktar salvagwardat dan il-principju, kemm fl-istadju tan-negozjati kif ukoll meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni.

It-tir taghna ghal din is-sena huwa li nwasslu n-negozjati sal-punt fejn ikun ghad fadal biss ftit materji ta' importanza biex jigu solvuti matul l-ewwel parti tas-sena d-diehla. Dan kollu jaqbel sewwa ma' l-iskop primarju taghna li nlahhqu ma' l-Istati li huma l-aktar avvanzati fil-kandidatura taghhom biex jidhlu fit-tkabbir li jmiss.

Dan jinkwadra sewwa wkoll fil-qafas usa' li fih il-Kummissjoni u l-Kunsill ingastaw il-pjan strategiku taghhom dwar il-process ta' tkabbir - b'mod specjali l-mira taghhom li jikkonkludu n-negozjati mal-kandidati l-aktar avvanzati matul is-sena 2002 - kif ukoll max-xewqa li ghandhom li l-Istati membri godda jkunu jistghu jiehdu sehem fl-elezzjonijiet li jmisshom isiru ghall-Parlament Ewropew fl-2004.

Ghalhekk ahna nistghu nkomplu nahdmu fuq l-assunzjoni, li kull ma tmur qed issir dejjem izjed realistika, li se nkunu f'pozizzjoni li naghmlu referendum fuq ir-rizultati tan-negozjati lejn l-ahhar tas-sena 2002.

Ma ghandna ebda illuzjoni dwar l-isforz mhux zghir li ghadu mehtieg biex nistghu nilhqu l-ghan taghna. Fl-istess waqt ahna konxji wkoll tal-fatturi li qeghdin jahdmu favur taghna. Bosta mix-xoghol mehtieg ghan-negozjati li jmisshom isiru diga sar. Iffinalizzajna u ssottomettejna l-pozizzjoni taghna fin-negozjati kollha barra fl-ahhar zewg kapitoli - l-Agrikoltura u l-Ambjent - u dawn it-tnejn se jkunu lesti matul dan ix-xahar. Permezz tal-pro?ss tat-thejjija tad-dokumentazzjoni dwar il-pozizzjoni taghna, kif ukoll permezz tan-negozjar ta' dawk il-kapitli li diga nfethu, issa rnexxielna nidentifikaw dawk il-ftit kwestjonijiet li sa jkunu jehtiegu negozjar mil-lat intrinsiku taghhom, kontradistint mil-lat purament tekniku.

Kollox jinsab ghal-lest biex nifthu dawk il-kapitoli li fadal matul l-ewwel parti tas-sena li ahna fiha u naghlqu hafna minnhom sa l-ahhar tas-sena.

Eccellenzi,

F'dan l-ispirtu mill-gdid nifirhilkom u nixtiqilkom xewqat sbieh, flimkien ma' l-awgurju li l-hidma komuni taghna ghad twassal ghal aktar tkabbir fir-relazzjonijiet bilaterali ta' bejnietna, kif ukoll fl-impenn kollettiv li ghandna biex nippromwovu l-paci u l-ftehim regjonali u internazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow