Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-E.T. PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA' MALTA, WAQT L-ISKAMBJU TA' L-AWGURI GHAS-SENA L-GDIDA MAL-KORP DIPLOMATIKU IL-PALAZZ, IL-BELT, VALLETTA.

pr0034m
Date Icon 12/01/2001

Onorevoli Ministru ta' l-Affarijiet Barranin,

Dekan tal-Korp Diplomatiku,

Eccellenzi,

Membri tal-Korp Diplomatiku, 

Sinjuri,

Nilqaghkom fil-Palazz Presidenzjali fil-BeltValletta, Palazz li sa mis-seklu sittax kien centru tal-grajjiet ta' Malta. Gejtu tirrapprezentaw lill-pajjizi taghkom biex issostnu u ggeddu l-messagg u r-rabta ta' hbiberija reciproka mal-Gvern u l-poplu Malti.
Ghexna sena ta' speranzi, aspettattivi u rizultatikemm pozittivi u kemm negattivi.
Waqt li numru ta' krizijiet internazzjonali gewmoghtija attenzjoni partikolari mid-diplomazija u l-istampa internazzjonali, glied u instabilita ghadhom inikktu bosta nahat tad-dinja. Konflitti minsija jissoktaw bit-telf ta' hajja ta' eluf ta' rgiel, nisa u tfal.
Zviluppi drammatici fil-Lvant Nofsani attiraw hafnamill-attenzjoni taghna. Il-kwistjoni bejn l-Izrael u l-Palestinjani ghandha riperkussjonijiet li jmorru lil hinn sewwa mill-fruntieri ta' l-Art Imqaddsa. Sena ilu, kont ghadni gej lura mic-celebrazzjonijiet tal-Milied f'Betlehem, belt il-paci. Dak iz-zmien, ghalkemm l-awspici ma kinux tajbin hafna, kien jezisti sentiment generali li l-paci ghad issehh. Sfortunatament, sehhew uhud mill-aghar zviluppi li wiehed kien jista' jipprevedi.
Ergajt zort l-Izrael u l-artijiet amministratimill-Awtorita Palestinjana f'Settembru. Minkejja li rajt li hemm hafna nies ta' rieda tajba miz-zewg nahat li kienu lesti biex jahtfu l-opportunita biex jaghmlu mill-paci realta, grajjiet li qed jirkbuna u mijiet ta' mejtin, fosthom hafna zghazagh, ghamlu t-triq quddiemna tant difficli, tant ta' tbatija. Ergajt iddiskutejt is-sitwazzjoni mal-President Yasser Arafat waqt il-Foro Formentor go Palma de Mallorca f'Ottubru li ghadda.
Malta ssostni l-isforzi tal-komunitainternazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni gusta ghall-hafna problemi hemmhekk. Il-paci tal-qalbiena ghadha l-unika alternattiva, imma l-grajjiet qed jaghmluha kuljum aktar difficli ghall-qalbiena.

Eccellenzi,

Bosta personalitajiet straordinarji, matul is-sekluli ghadda, influwenzaw b'mod sinjifikanti l-ideat u l-vizjoni ta' l-umanita. It-twemmin ta' Mahatma Gandhi fir-rezistenza non-vjolenti kienet probabbilment wahda mill-aktar ezempji u strumenti qawwija ta' taqbid u bidla. Madre Tereza ta' Kalkutta kienet wahda mill-iktar espressjonijiet hajja tal-qawwa ta' mhabba u ta' solidarjeta. Albert Einstein wera l-profondita u l-istatura tal-kapacita intellettwali tal-bniedem.
Il-kontribut taghhom fl-istorja, bhal dak ta'ohrajn, huwa eredita ta' principji u gustizzja ? parti mill-wirt komuni ta' l-umanita. Huma jirrapprezentaw, mghejuna minn rebhiet intellettwali u teknologici li qatt ma kien hemm bhalhom fl-istorja, il-pedamenti sodi li fuqhom nistghu nibnu l-futur komuni taghna.
Minkejja li fis-seklu ghoxrin sehhew uhud mill-eqqelgrajjiet fl-istorja, avvenimenti ta' qofol kattru kuxjenza dejjem akbar ghar-rispett tad-dinjita u d-drittijiet umani.

Eccellenzi,

Nemmen li pajjizi wera, matul is-snin, impennkostanti favur id-demokrazija u l-liberta, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq dak internazzjonali. L-isforzi taghna kienu maghguna fit-twemmin fil-gustizzja u l-beneficcji tal-paci u l-istabilita. Dan kollu jirrifletti l-identita tal-poplu Malti, identita msawra fil-valuri tas-solidarjeta, tal-gustizzja u tad-dinjita tal-bniedem.
Bosta nisa u rgiel Maltin jissoktaw ifittxu lijghinu lil min hu anqas ixxurtjat minna f'hafna pajjizi madwar id-dinja. Dawn ukoll huma ambaxxaturi ta' l-identita taghna. L-Eccellenza Tieghu Monsinjur Luigi Gatti aktar kmieni fakkarna li l-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat din is-sena bhala s-"Sena Internazzjonali tal-Volontiera". Nemmen li ghandu jkun hemm struttura ta' Solidarity International bl-ghan principali li tikkoordina u tmexxi l-isforzi, flimkien ma' organizzazzjonijiet ohra, ta' dawk il-Maltin li jixtiequ jiddedikaw parti minn hajjithom jghinu lil haddiehor barra minn xtutna. Struttura bhal Malta Solidarity International, meta ssehh, tista' tkun espressjoni hajja ta' l-identita u l-valuri ta' dan in-nazzjon.
Ir-rabtiet storici u kulturali ma' l-Ewropa holqurabta dejjiema mal-kontinent. Fil-kontest ta' l-evoluzzjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali, il-Gvern tieghi qed ikompli bin-negozjati ghal shubija fl-Unjoni Ewropea. Fil-process ta' negozjati, Malta provizorjament ghalqet tnax-il kapitlu minn sbatax li nfethu s'issa. Ir-ritmu ta' l-izvilupp hu awgurju tajjeb ghall-ghanijiet futuri. Id-decizjoni finali qeghda f'idejn il-poplu Malti fl-ezercizzju tad-drittijiet sovrani tieghu biex jiddetermina l-futur tieghu.
Malta tapprezza l-importanza li tkompli ssahhahir-relazzjonijiet tajbin hafna mal-girien madwar il-Mediterran kollu, kemm fuq livelli bilaterali kif ukoll f'ghaqdiet internazzjonali bhall-Partenarjat Ewro-Mediterranju u l-Organizzazzjoni ghas-Sigurta u Stabilita fl-Ewropa (OSCE). Nisperaw li l-proposti taghna flimkien ma' dawk ta' pajjizi ohra li jfittxu li jkabbru z-zoni ta' sigurta, stabilita u prosperita jinghataw rispons u rizultati pozittivi.
Fl-ahhar sena, kont mistieden nindirizza l-AssembleaParlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa, is-Seminar Mediterranju ta' l-OSCE fl-okkazjoni tal-hamsa u ghoxrin anniversarju tal-kooperazzjoni ma' l-Imsiehba tal-Mediterran, u c-celebrazzjonijiet tal-hames anniversarju tal-Konferenza ta' Barcellona. Dawn l-okkazjonijiet tawni l-opportunita li nesprimi l-impenn car ta' Malta ghar-regjun Ewro-Mediterranju u r-rilevanza tieghu ghall-paci u l-istabilita.
Nemmen li n-Nazzjonijiet Uniti ghandhom jghadduminn riforma essenzjali biex ikunu strument li jaghraf jibqa' rilevanti f'kuntest ta' tibdil kontinwu fix-xena internazzjonali. Fuq hekk kelli opportunita nitkellem f'konferenzi internazzjonali fejn sahhejna l-bzonn ta' riformi mehtiega u kkontribwejna bl-ideat ghal Nazzjonijiet Uniti izjed rilevanti fis-seklu li qeghdin fih.
Ghaliex nemmen li l-Organizzazzjoni tan-NazzjonijietUniti trid tagixxi bhala l-oghla garanti ghall-paci, kif hu mahsub fl-istess Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija r-responsabilta tal-komunita internazzjonali li tizgura li din l-Organizzazzjoni ma tkunx marginalizzata f'materji li jaqghu taht il-kompetenza u r-responsabilta taghha.
Iz-zjarat tieghi fit-Tunezija u fl-Albanija kienuespressjonijiet ta' bzonn li jsahhu r-rabtiet ta' hbiberija permezz ta' kooperazzjoni u solidarjeta. Biz-zjara lill-Altezza Eminenti Tieghu Fra Andrew Bertie, biz-zjara ufficjali li ghamilt lill-Maesta Taghha r-Regina Elizabetta II, kif ukoll bil-partecipazzjoni fic-celebrazzjonijiet li kkommemoraw il-hames centenarju mit-twelid ta' Karlu V, fuq invit tal-Maesta Tieghu r-Re Juan Carlos, ridna naghtu aktar sinjifikat lill-gheruq li jghaqqduna fl-istorja  taghna. Il-Gublew ghall-Istatisti u l-Politici fil-Belt tal-Vatikan, fil-prezenza tal-Papa Gwanni Pawlu II, kien att ta' fidi li naghmlu mill-politika missjoni ta' servizz lejn hutna.

Qed inhares b'entuzjazmu lejn din is-sena. Iz-zjarat u l-inkontri li hemm quddiemna, kif ukoll iz-zjarat u t-tahditiet l-ohra kollha tal-ministri tieghi, isahhu l-prezenza u l-impenn ghall-valuri li nemmnu fihom.

Eccellenzi,

Matul is-snin, konna kapaci lkoll flimkien nibnurapport li jmur lil hinn minn relazzjonijiet professjonali. Insigna rabtiet sinciera ta' stima reciproka, li spiss inqis hafna minnkom bhala ambaxxaturi ta' Malta f'art twelidkom, u d-diplomatici u l-ambaxxaturi tieghi bhala r-rapprezentanti tal-popli taghkom hawnhekk. Hekk kif nahdmu biex nikkonsolidaw dejjem izjed ir-relazzjonijiet mal-pajjizi taghkom, inharsu 'l quddiem ghall-prezenza diplomatika kontinwa f'Malta, Malta pont bejn il-kontinenti, kulturi u civiltajiet.
Ghaliex nemmnu li hija r-responsabilita tad-diplomatikuli jiddedika l-isforzi intellettwali tieghu favur il-paci.
Statista eminenti kiteb li ". . . id-diplomatikujirrikjedi t-talent morali ta' attitudini li tiffavorixxi l-kompromess, li jikseb vizjoni estiza u jahdem ghal ghanijiet imbieghda."
Eccellenzi, jiena nemmen illi dawn il-kwalitajietjistghu jwassluna biex nakkwistaw dik il-paci u stabilita li ghandha tikkaratterizza l-futur taghna, u l-futur ta' wliedna.
Nawgura lilkom, lill-Gvernijiet u l-popli taghkom,sena ta' paci u hena.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow