Left arrow Mur Lura

IT-TIENI FAZI TAT-TISBIH TAL-PROMENADE TA TAS-SLIEMA

pr0029
Date Icon 11/01/2001
Waqt żjara li għamel lix-xogħlijiet li qed isirugħat-tisbiħ tal-promenade ta' Tas-Sliema, il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, qal li wara li tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett ta' tisbiħ tal-promenade ta' Tas-Sliema, kif kien imwiegħed, il-Gvern beda t-tieni fażi tal-proġett f'Ottubru tas-sena l-oħra.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-ewwel partital-proġett kienet tikkonsisti fit-tisbiħ ta' medda ta' 850 metru ta' promenade, bejn it-Torri u l-Fortizza. F'din il-parti tal-proġett, b'investiment ta' madwar nofs miljun lira, sar bini ta' galleriji, pavimentar ġdid, bollards u railings ġodda, public convenience ġdida qrib il-Fortizza, ġibjun biex jinġabar l-ilma tax-xita, bankijiet u fanali attraenti tad-dawl.
It-tieni fażi tal-proġett se tfisser it-tisbiħta' madwar 600 metru ieħor ta' promenade, mit-Torri sal-Balluta. It-tisbiħ f'din il-parti tal-promenade jinkludi t-tisbiħ tal-playing field, railings ġodda tal-ħadid, pavimentar ġdid, bankijiet ġodda, funtani ta' l-ilma għax-xorb, tqegħid fil-post ta' arloġġi kbar, bankini ġodda fuq in-naħa l-oħra tat-triq, restawr tat-torri u dehra ġdida lill-public convenience ta' ħdejn it-Torri.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li fuqdan il-proġett bħalissa hemm jaħdmu madwar 40 ħaddiem tal-Gvern u li x-xogħol mistenni jitlesta qabel is-Sajf.
Fattur importanti f'dan il-proġett hu li s-siġarli tħawwlu sew fl-ewwel fażi kif ukoll fit-tieni fażi, għall-ewwel sentejn, se ssirilhom il-kura tagħhom minn kuntrattur u li dawn se jissaqqew minn sistema ta' irrigazzjoni li tieħu l-ilma mill-ġibjun kbir li nbena f'Fond Għadir.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern kien qedjaħdem sew biex iwettaq xogħol ta' tisbiħ f'Paceville, il-Bajja ta' San Ġorg u l-inħawi tal-Palazz Spinola f'San Ġiljan. Hu qal li filwaqt li x-xogħol ta' tisbiħ f'Paceville se jkompli, il-Ministeru għall-Ambjent kien qed jaħdem fuq pjan aktar vast li jħares l-interessi tar-residenti.
Sa mill-1998 it-Taqsima tax-Xogħlijiet bdiet taħdemfuq Master Plan komprensiv għall-iżvilupp ta' inħawi strateġiċi u tisbiħ f'tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville u l-bajja ta' San Ġorġ. Dr. Zammit Dimech qal li f'San Ġiljan u f'Paceville, speċjalment f'Paceville, hemm problemi komplessi u marbuta ma' xulxin u dawn kienu se jkunu indirizzati.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li x-xogħol ta'tisbiħ li qed isir f'Tas-Sliema u San Ġiljan, kif ukoll dak li sar u għad baqa' li jsir f'Buġibba, il-Qawra, Marsascala, Marsaxlokk u Birzebbuga, qed jagħti lill-pajjiż dehra aktar moderna.
Il-Ministru għall-Ambjent appella lil kulħadd biexjgħasses milli ssir ħsara lil dawn il-proġetti li qed jiswew miljuni ta' liri f'investiment. Hu tenna li mill-vandaliżmu ħadd ma jieħu xejn. Żied igħid ukoll li jekk dak li għandna nħarsuh allura pajjiżna jkompli jingħata dehra isbaħ u jkun hemm aktar lokalitajiet ta' rikreazzjoni għall-Maltin kif ukoll għat-turisti li jżuruna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow