IL-PRIM MINISTRU JATTENDI KONFERENZA F'BERLIN
pr0023
10/01/2001
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Berlin. F'Berlin il-Prim Ministru ser jieħu sehem fl-20 Konferenza tal-Mexxejja ta' l-Unjoni Demokratika Ewropeja (EDU) u l-kungress tal-Partit Popolari Ewropew.
| Fil-Konferenza ta' l-EDU ser ikun diskuss it-tkabbir | ta' l-Unjoni Ewropeja u l-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam ekonomiku u soċjali. Fl-għeluq tal-Konferenza ser jiġi approvat id-dokument li qed jissejaħ il-Berlin Statement. |
| Għada wara nofsinhar, il-Prim Ministru ser | jindirizza wkoll is-sessjoni tal-ftuħ tal-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew fejn it-tema ser tkun ?Unjoni ta' Valuri'. Fost oħrajn, mistennija jindirizzaw ukoll din is-sessjoni l-Prim Ministru ta' Spanja Jose Maria Aznar, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu Jean-Claude Juncker, il-Kanċillier ta'l-Awstrija Wolfgang Schuessel u l-Prim Ministri ta' uħud mill-pajjiżi applikanti għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja. |
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN