STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA DWAR HLASIJIET GHAS-SERVIZZI OFFRUTI MILL-OCCUPATIONAL HEALTH UNIT
pr0018
09/01/2001
B'referenza għall-istqarrija ta' l-Onor. Michael Farrugia, il-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppożizzjoni għas-Saħħa, dwar ħlasijiet għas-servizzi offruti mill-Occupational Health Unit, id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tiċċara li:
| Mill-1 ta' Marzu 2001, id-Divizjoni tas-Saħħa | ser tibda żżomm ħlas għas-servizzi li toffri l-Occupational Health Unit, kif ġie spjegat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta' Jannar 2001. Id-Diviżjoni tixtieq tagħmilha ċara li l-individwu li jiġi mgħoti s-servizz mhu se jintalab l-ebda ħlas għal dawn is-servizzi, kuntrajament għal dak li allega t-Tabib Michael Farrugia. Il-ħlas isir mill-kumpanija li titlob dawn l-investigazzjonijiet mediċi. |
| Id-Diviżjoni tas-Sahha tħoss li bħal ma hi tiġi | mitluba tħallas ghal servizzi mogħtija minn terżi, hekk dawn għandhom iħallsu għal servizzi mgħotija lilhom mid-Diviżjoni. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN