Left arrow Mur Lura

MESSAGG TA' L-AHHAR TAS-SENA MILL-MINISTERU GHAT-TURIZMU LILL-HADDIEMA, SIDIEN U INVESTITURI FIS-SETTUR TAT-TURIZMU.

PR1806
Date Icon 29/12/2000

F'zjarat li ghamel f'lukandi ta' tlieta, erba' u hames stilel fejn iltaqa' mal-haddiema, il-Ministru ghat-Turizmu Michael Refalo, filwaqt li ferhilhom u izzihom hajr ghas-sehem siewi li taw b'risq l-industrija tat-turizmu, wassal ukoll il-messagg tieghu ghall-ahhar tas-sena.

"Kull sena ghandha l-istorja taghha. Storja li minn xi drabi tista' tbassarha u li drabi ohra trid tistenniha tinfirex quddiemek.

Bdejna din l-ewwel sena ta' l-ewwel seklu tal-Millennju l-Gdid b'hafna tamiet sbieh. Tamiet ta' hafna xoghol, ta' hafna qligh, ta' hafna ferh. Ma konniex ahna biss fil-Mediterran li rajna t-tamiet kbar taghna jickienu.

Lanqas konna wahedna li kellna nistinkaw aktar mis-soltu biex nizguraw li llum, fi tmiem is-sena, inkunu nistghu nghidu lil xulxin li ghalaqna sena, li ghalkemm stennejniha ahjar, izda l-istess irnexxielna naghmluha tajba sforz tal-hidma akbar ta' kull min jahdem fit-turizmu, ta' kull min jinvesti fit-turizmu u ta' kull min ta sehmu b'risq l-industrija tat-turizmu.

Niftahar li qed naghlqu sena tajba ghax b'hekk inkun qed naghti mertu lilkom, kif misthoqq, kif ukoll infahharkom u niftahar bikom.

Nirringrazzja u niftahar b'kull min jahdem mieghi fil-Ministeru u t-taqsimiet tat-Turizmu, ma' l-Awtorita' tat-Turizmu, fil-lukandi, ristoranti u f'kull attivita' ohra li l-inizjativa tas-settur privat tohloq u tmexxi b'risq l-industrija tat-turizmu.

Niftahar u nfahhar b'mod specjali lil kull min ta xoghlu shih, lil min jahdem wara l-kwinti u ma narawh qatt, lil min ma jisemma' qatt, izda li minghajr il-hidma prezzjuza taghhom hadd minna ma jkun jista' juri wiccu quddiem in-nies u jiftahar ighid li, f'Malta u Ghawdex, anke f'sena mhux facli, l-industrija tat-turizmu kompliet tkattar il-qligh, tifrex il-gid u tohloq izjed opportunitajiet godda ta' xoghol.

Niftakru wkoll f'min jahdem f'dawn il-festi u f'min jiccahhad minn festa mal-familja. Kieku ma kienx hekk ftit huma l-familji li jgawdu dawn l-festi.

Issa li ghalaqna l-kapitlu ghas-sena 2000 naghtu titwila lejn x'nistennew is-sena d-diehla. Ser tkun sena ta' sfidi iebsin u qawwija. Sfidi li jien konvint li kapaci nirbhuhom, li kapaci nbattuhom u li minnhom kapaci nohorgu aktar b'sahhitna minn qabel.

Ili aktar minn sitt xhur nitkellem u nikteb, fil-Parlament u band' ohra, li t-turizmu dinji, b'mod specjali dak li l-izjed jolqotna, dak li jigri madwarna, fl-Ewropa, qed jinbidel.

Sfortunatament kellu jkun biss tlett gimghat ilu, b'ahbar tal-probabilita' ta' telf ta' ghexiren ta' eluf ta' turisti, li l-media u l-maggoranza kbira ta' dawk li jahdmu fl-industrija, ntebhu li l-globalizzazzjoni qed tolqot lilna wkoll.

Ahna zghar wisq biex ninfluwenzaw il-mixja tal-globalizzazzjoni. Madankollu jien konvint li l-industrija tat-turizmu taghna kapaci tadatta ghall-isfidi li jgib mieghu dan il-fenomenu tad-dinja tat-turizmu tallum.

Konvint mill-politika u strategija li giet imfassla biex nimxu pass pass ma li jsehh fl-Ewropa u fid-dinja, u daqstant iehor konvint mill-hidma ta' kull min jahdem fl-industrija. Kapaci flimkien nassorbu l-impatt tal-globalizzazzjoni u fiducjuz li nistghu ndawwruh u naqilbuh ghal vantagg taghna.

B'riferenza ghad-diskors fis-ST. GEORGE'S PARK COMPLEX il-Ministru Refalo qal

F'din il-lukanda u f'dan l-akbar kumpless turistiku ta' pajjizna li jista' jilqa' f'daqqa mat-tlett elef ruh, intom imdorrija tahdmu hafna u taqdu klijentela Ingliza.

Dan hu l-akbar suq taghna. Dan hu s-suq tradizzjonali taghna. Suq favorit ta' hafna u bir-ragun, suq li dahhalna fit-triq tat-turizmu, suq li ghandu importanza kbira ghall-industrija ta' pajjizna.

Min kien jemminni kieku gejt hawn tlieta, erba' snin ilu biex inbassar li tnejn mill-akbar tour operators Inglizi, it-Thomson Holidays u Thomas Cook, kienu ser jigu mixtrija minn tour operatorsGermanizi? Li l-kumpanija Germaniza Frosch kienet ser tinxtara mill-kumpanija Ingliza Airtours?

Izda hekk gara u ghad irridu naraw aktar grajjiet bhal dawn.

Meta n-numru ta' kompetituri jonqos, meta l-kbar jieklu lill-xulxin u jsiru akbar, tikber is-sahha taghhom, tonqos il-kompetizzjoni u tmajna l-girja ghal sehem akbar mis-suq u tizdied il-hidma biex il-kapital jissarraf f'aktar profitt.

Dan ifisser enfasi akbar mill-operaturi l-kbar fejn l-izjed ikollhom l-investiment, fejn il-massa taghtihom l-akbar profitt. Li tfisser hidma akbar fejn l-ajruplani taghhom jirrendu l-aktar, u b'konsegwenza tnaqqis ta' hidma, ta' interess u fin-numru ta' turisti li jibghatu lejn id-destinazzjonijiet zghar bhal Malta.

Bhalissa t-tour operators kbar u zghar qeghdin jirristrutturaw. Kulhadd jaghmel dak li jaqbillu l-aktar. Kulhadd ifendi ghal rasu. Ir-ristrutturazzjoni m'hijiex process ta' ftit xhur, ta' sena, izda ssir fuq numru ta' snin. Li jigri barra minn pajjizna rifless f'Malta. Ghalhekk ukoll ghaddejjin minn process ta' ristrutturazzjoni u re-positioning ta' l-industrija. Ghax hafna minn dak li kien ighodd sal-bierah, le jghodd ghallum, ahseb u ara ghal ghada.

Diga' f'dawn iz-zewgt ixtiewi kien hemm tour operators kbar li naqqsu l-programmi taghhom lejn Malta. Kien hemm min naqqas it-titjiriet charter, min abbanduna regjunijiet tal-Ingilterra u kkoncentra t-titjiriet charter u dawk bi skeda fuq Manchester u Londra.

Hadd f'Malta ma jista' jibdel decizjonijiet li ttiehdu f'boardrooms ‘l boghod minn xtutna. L-operaturi Inglizi u mhumiex jahdmu maghna ghax jaqblilhom mhux ghax ghandhom qalbhom perzuta ghalina. M'hemmx lok ghal sentiment. Hadd m'ghandu xi obbligu li jipprovdilna l-ghixien. Irridu nkunu ahna u mhux haddiehor li nizguraw l-ghixien taghna.

Biex taghqad f'dawn l-ahhar erba' snin imhabba d-djufija tal-Euro tlifna hafna kompetitivita' f'suq Ingliz fejn il-prezz iholl u jorbot hafna. Per ezempju mqabblin mal-Grecja tlifna 35%, mat-Tunezija 21%, ma' Cipru 14%, mal-Portugal 20% u ma' Spanja 22%. Dalwaqt ukoll ma nkunux nistghu naffordjaw aktar noffru is-sussidju taht l-iskema tat-TOSS.

Nikkalkulaw li biex noffru rata li tassew taghmel tajjeb ghal dan it-telf ta' kompetitivita' rridu nonfqu dak kollu li l-Gvern jaghti kull sena biex titmexxa l-Awtorita' tat-Turizmu !

Anke kieku stess stajna nifilhu ghal din l-ispiza dan kien ikun biss ghal ftit zmien ghax dan it-tip ta' sussidju, jekk mhux lill-kull operatur li jahdem ma' Malta, mhuwiex permess mill-Unjoni Ewropeja.

Din is-sena wkoll minn April li gej il-Gvern Ingliz ser igholli d-departure tax ghal kull min isiefer mill-Ingliterra lejn pajjiz mhux fl-Unjoni Ewropeja. Dan ifisser gholi ta' madwar £15 f'kull pakkett turistiku.

X'ghamilna biex nilqghu ghal din il-mewga kontra ? Bdejna biex zidna r-reklamar fuq it-TV Ingliz li fl-2000 diga' tana rizultat tajjeb. Fl-2001 ser nergghu nirreklamaw. Hajjarna u qed nahdmu mal-Air Malta biex topera minn xi regjuni li abbandunaw l-operaturi Inglizi. Flok l-iskema ta' sussidju dahhalna ohra li tippremja l-produzzjoni u l-Awtorita' fittxet u hajret operaturi godda jibdew jahdmu ma' Malta u nkoraggiet ohrajn jzidu l-programmi taghhom lejn il-Gzejjer taghna. Zidna il-promozzjoni, l-kampanja ta' PR u ta' reklamar. Id-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja wkoll tfisser rohs immedjat fil-prezz ta' titjirijiet u tal-pakketti tal-ivvjaggar.

Kmieni wisq biex nbassar ir-rizultat ghas-sena d-diehla izda konvint li, s'issa, kull ma kien possibbli jsir minn nahha tal-Awtorita', tal-Air Malta u tal-Ministeru, sar.

Izda dan mhuwiex bizzejjed. Jonqos l-izjed haga importanti, li nipperswadu lil dawk li hajjarna jigu u jqattghu l-btala taghhom fostna, jergghu jigu u jghaddu kelma tajba ma' haddiehor dwar kemm dorna bihom u kemm ilqajnihom.

Il-haddiema u l-management ta' dan il-kumpless li jghixu t-turizmu mill-Ingilterra jafu aktar minn haddiehor kemm hu bzonnjuz li klijent jigi ndokrat u moqdi tajjeb. Jafu aktar minn haddiehor xi ssarraf klijentela lejali Ingliza u ghalhekk m'ghandix bzonn nzid ma' li ghidt.

Izda btala la tibda u lanqas tintemm gewwa lukanda. It-turisti jmorru kullimkien. Fl-istess hwienet li jmorru l-Maltin, jirkbu l-istess mezzi ta' trasport u jinqdew bl-istess servizzi bhalna l-Maltin.

L-appell tieghi ghalhekk imur lejn kull min jiltaqa' mat-turisti u jgawdi mill-beneficci. Ejjew biex matul is-sena d-diehla, aktar minn qatt qabel nilqghu u naqdu lit-turist tajjeb, onestament, u b'mod dhuli.

Iftakru li turist mirbuh ghal Malta jerga' jigi u jgib tnejn, tlieta ohra mieghu, waqt li turist imnaffar jintilef ghal dejjem u Alla biss jaf kemm itellfek ohrajn. Is-success ta' Malta fit-turizmu jiddipendi l-aktar fuq il-hidma u l-imgieba tal-poplu Malti.

B'riferenza ghad-diskors fil-WATERFRONT HOTEL il-Ministru Refalo qal

Nitghalmu mill-ezempju li qed jaghtuna s-sidien u l-haddiema ta' din il-lukanda. Il-lukanda Waterfront infethet matul din is-sena u minkejja kollox rnexxielha taghlaq is-sena b'medja ta'occupancy ta' madwar 80%.

Nifrah nisma' dawn l-istejjer ta' success u nsellem lil kull min ghandu mertu ghal dan ir-rizultat tajjeb.

Izda fl-istess hin tajjeb nistaqsi jekk il-klijenti ta' din il-lukanda kienux imorru band'ohra f'Malta jew inkella humiex klijenti li kieku ma kienx ghal promozzjoni u marketing ta' din il-lukanda qatt ma kienu jzura Malta ?

Nistaqsi x'gieghel lill-klijenti jaghzlu din u mhux lukanda ohra f'Malta kif ukoll x'kien li wassal biex il-klijenti thajjru jigu lejn Malta ?

Waqt li veru li z-zieda ta' sodod tkompli tiddilwixxi r-rata ta' occupancy fil-lukandi daqshekk hu minnu li min jahdem, jipprovdi servizz, value for money, u prodott tajjeb, jigi ppremjat.

Dan japplika ghal kollox u ghal kullimkien. Japplika ghall-lukandi kollha, japplika ghal Malta u l-Maltin kollha.

Niehu pjacir nisma' li l-lukanda tinbiegh tajjeb hafna fis-suq Germaniz u li t-tbassir ghal gejjieni hu nkoragganti.

Fic-cokon, is-sidien ta' din il-lukanda, qed ihaddem strategija simili ghal dik tal-Awtorita' li timmira li kemm jista' jkun tissostitwixxi t-telf minn certi swieq bi klijentela gdida, b'nicec godda, sew mill-istess swieq sew minn swieq ohra.

Biz-zieda ta' finanzjament li l-Gvern ipprovda lill-Awtorita' l-MTA setghet tfassal pjan ta' promozzjoni u marketing ghas-sena 2001 li apparti x'ghidt band'ohra dwar is-suq Ingliz, fil-qosor ifisser

Zieda ta' 22% fil-budget ghall-promozzjoni

Il-ftuh ta' ufficini godda gewwa Brussels u Zurich

Ghall-ewwel darba kampanja ta' pubblicita' fl-Iskandinavja

Zieda sostanzjali fin-nefqa promozzjonali fis-swieq ta' Franza, l-Italja, r-Russja, u fl-Ewropa ta' Lvant.

Thaddim ta' pjan promozzjonali fil-pajjizi ta' l-Lvant tal-Mediterran,

Pjan ta' PR li jkopri s-swieq kollha specjalment fejn hemm titjirijiet tal-Air Malta.

Ghandi tama qawwija li x-xoghol kollu li sar biex nilqghu l-mewg u ndawwru l-kurrent favurina ghandu jaghtina rizultat.

B'riferenza ghad-diskors fil-HILTON MALTA INTERNATIONAL il-Ministru Refalo qal

Din il-lukanda wkoll dahlet fis-suq matul din is-sena u niehu pjacir nisma' li rnexxielha tikseb rizultati tajbin.

Kien hemm zmien meta min haseb li jifhem hafna kien jikkritikana ghax hajjarna lil min jidhol fis-suq ta' hames stilel. Kienu jbassru d-dizastri u l-fallimenti u jistaqsu minn fejn kienu gejjin it-turisti biex jimlewhom.

Iz-zmien tana parir u anke mis-surveys tal-MHRA jidher li zdied il-qligh u li l-occupancyrate f'din il-kategorija hi fost l-oghla.

Dan ghaliex il-Hilton u lukandi Five Star jospitaw kwalita' ta' turista fil-bicca il-kbira differenti, cioe' dawk li jigu Malta ghan-negozju, delegati f'konferenzi jew ma' gruppi ghal incentives, ma tistax tistenna length of stay gholja, izda d-dhul jisboq sewwa dawk li jaghmlu lukandi ohra.

Kieku f'Malta u Ghawdex ma kellniex bizzejjed lukandi five star kieku qatt ma konna nkunu kapaci nospitaw il-konferenzi u gruppi kbar li d-DMC's u l-lukandiera rnexxielhom jattiraw lejn pajjizna matul din is-sena.

Infurmat li d-DMCs u l-lukandiera diga' qed jahdmu fuq inquiries ghal gruppi kbar ghas-snin 2002 u 2003 u jidher li x-xoghol f'dan is-settur ghandu potenzjal jizdied.

Ix-xoghol ma jaqghax mis-sema' u anke f'dan ir-rigward l-Awtorita' qed thaddem pjan immirat specifikament biex issostni l-hidma tal-DMC's.

Flimkien mal-Air Malta u s-sidien tal-lukandi Five Star l-Awtorita' thaddem skema li timmira thajjar jigu jzura Malta mal-400 conference u incentive organisers.

Fl-istess hin ukoll flimkien mas-sidien tal-lukandi 5 Star l-MTA thaddem pjan ta' promozzjoni f'dan is-suq kif ukoll tikkoordina r-reklamar mirat f'publikazzjonijiet u magazines li jispecjalizzaw f'dan is-settur.

Fl-istess hin Malta, per mezz tal-MTA u l-lukandiera u d-DMCs, tiehu sehemf'tlett fieri specjalizzatikif ukoll f'ghadd ta' workshops.

Ghajn ohra ghall-lukandi Five Star hu s-settur tan-negozju. Il-bidu ta' hafna progetti kbar ta' bini kif ukoll il-fatt li qeghdin noqorbu aktar lejn shubija fl-Unjoni Ewropeja fihom innifishom qed iressqu lejn xtutna aktar nies li jfittxu lukandi Five Star.

Hemm hafna opportunitajiet ohra li nistghu nisfruttaw ghax jekk jirnexxielna nisfrondaw id-dinja kulturali u tal-ispettaklu u ntellghu wirjiet u avvenimenti ta' statura internazzjonali nkunu ftahna wkoll nicec ohra fl-aktar suq li jirrendi.

Kmieni wisq biex inbassar bl-ezatt x'ser jigri matul l-2001, izda ninsab konvint li dak li seta' jsir mill-Awtorita', mill-Air Malta u mill-Ministeru, sar.

Izda dan mhux bizzejjed. Ghad fadlilna hafna x'naghmlu l-aktar biex intejbu l-prodott, certi aspetti tas-servizz u tal-infrastruttura kif ukoll jehtieg neqirdu drawwiet hziena li jgibulna biss misthija.

Izda lanqas dan mhu bizzejjed. Jonqos l-izjed haga importanti. Li nikkonvincu lil min hajjarna jorganizza konferenza, laqgha f'Malta, jew iqatta' btala fostna jerga' jigi u jghaddi kelma tajba ma' hbiebu dwar il-mod kif ilqajnih, stmajnih u hadna hsiebu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow