L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GHALL-AMBJENT, JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET DWAR IL-KEJL TAL-KWALITA` TA' L-ARJA
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li qed jippreżenta l-ewwel riżultati dwar il-kwalita` ta' l-arja f'pajjiżna.
Il-Ministru għall-Ambjent tenna li s-saħħa fiżika u mentali tagħna kienet tiddependi ħafna mill-ambjent li fih ngħixu. '�alhekk kien importanti li nkunu nafu l-livelli tal-kwalita' ta' l-arja madwarna għaliex l-arja wkoll kienet tagħmel parti mill-ambjent u kienet tirrifletti fuq is-saħħa ta' kull wieħed minna.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-sena l-oħra, id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent nieda Programm Nazzjonali għall-Monitora'' ta' l-Arja bl-iskop li
- jipprovdi riżultati preliminari tal-kwalita' ta' l-arja bbażati fuq kriterji xjentifiċi,
- jwassal biex fil-gżejjer Maltin ikollna mappa tal-kwalita' ta' l-arja, u
- jipprovdi bażi għall-monitora'' aktar komprensiv.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan il-monitora'' qed isir minn stazzjon mobbli għall-monitora'' ta' l-arja li juża tagħmir awtomatiku u li perjodikament jitqiegħed f'31 lokalita` differenti f"Malta u '�awdex. Huwa qal li d-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent issa kien qed jikkunsidra li jixtri stazzjon ieħor simili.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li permezz ta' dan il-programm pajjiżna għamel pass 'il quddiem biex Malta tkun fuq l-istess livell ta' monitora'' fl-Ewropa u f'pajjiżi oħra barra l-Ewropa.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kienu qed ikunu monitorjati numru ta' sustanzi li jni''su l-arja fosthom is-sulpher dioxide, nitrogen oxides, ozone, carbon monoxide u particulate matter. Meta rrifera għar-riżultati miksuba, il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawn kienu nkora''anti bl-eċċezzjoni ta' parametru wieħed li kien dak tat-trab fin, particulate matter or PM10 li seta' faċilment jirriżulta minn dħaħen ta' xi vetturi u mill-industrja tal-bini. Hu qal li r-riżultati l-oħra huma fil-biċċa l-kbira aċċettabbli skond standards internazzjonali.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li llum ikunu ppubblikati l-ewwel riżultati tal-Programm għall-Monitora'' ta' l-Arja. Il-Programm se jibqa' jsir b'mod regolari biex is-sitwazzjoni f'dan il-qasam tinżamm taħt kontroll kontinwu. Hu tenna li l-implimentazzjoni ta' dan il-programm kienet pass importanti lejn li nikkonformaw ma' prattiċi simili f'pajjiżi oħra.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech enfasizza illi l-għoti b'mod regolari u b'mod o''ettiv ta' informazzjoni dwar diversi oqsma ta' l-ambjent, tkun kemm tkun sensittiva l-informazzjoni, jaqbel mal-prattika u d-Direttivi ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li għall-Gvern preżenti l-ambjent kien settur ta' priorita'. '�alhekk kien qed jieħu l-passi meħtie'a biex l-ambjent ta' madwarna jissaffa mit-tni''iż. Tni''iż li qed joħloq il-bniedem u li jrid jitnaddaf u jissaffa bil-mezzi kollha disponibbli
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN