Left arrow Go Back

MESSAGG GHALL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOR. EDDIE FENECH ADAMI

PR1794
Date Icon 22/12/2000

Ħuti Maltin u Għawdxin,

Huwa ta' pjaċir kbir u unur għalija li għal darb'oħra fl-aħħar tas-sena inwassal l-isbaħ messaġġ għal Milied Ħieni u sena mimlija ġid.

Niftakar, u intom tiftakru wkoll li bħal dan iż-żmien sena, konna qegħdin nistennew bil-ħerqa l-bidu tat-Tielet Millennju ta' l-Era Kristjana. Naħseb illi d-dinja kollha kienet inħakmet minn spirtu ta' ottimiżmu, ta' xewqat sbieħ ta' żminijiet ġodda ta' paċi u sliem għal kulħadd. Is-sena waslet biex tispiċċa. U naħseb meta nħarsu lura naraw illi l-ottimiżmu tagħna kellu rabta, u kellu eżitu tajjeb, per� ukoll naraw illi d-dinja setgħet marret aħjar fid-diversi oqsma tar-relazzjonijiet internazzjonali.

Huwa ta' sodisfazzjon illi rajna li l-Jugoslavia reġgħet qabdet it-triq tad-demokrazija. Aktar qrib lejna wkoll ikollna niftakru fl-ottimiżmu tagħna fil-bidu tas-sena l-oħra, li l-problemi li għandhom il-poplu tal-Palestina u l-poplu ta' Iżrael kienu se jwasslu għal paċi dejjiema. Wasalna fl-aħħar tas-sena u qegħdin naraw li dik it-tama naqset ħafna. Ma ngħidx sfat fix-xejn � għax proprju f'dal-ġranet, meta jiena qed nipprepara dan id-diskors, qegħdin naraw li hemm xaqq ta' tama ġdida. Per� irridu illi l-ispirtu li mliena bħal-lum sena, inġorruh magħna u ma naqgħtu qatt qalbna li naħdmu għas-sl�m u għall-paċi f'pajjiżna stess u bejn il-popli.

Naħseb illi f'pajjiżna din is-sena li għaddiet irnexx�lna li nżommu l-ispirtu ħaj ta' iktar għaqda bejn�tna. Naħseb li tul din is-sena rnexx�lna nsedqu aktar l-ispirtu ta' djalogu bejn�tna.

Naturalment żammejna ħajja d-diskussjoni li hija element essenzjali għal kull demokrazija. Kellna argumenti differenti fuqhiex nitkellmu. Per� naħseb illi sibna l-mod kif iktar niltaqgħu ma' xulxin, kif iktar nifhmu lil xulxin. Rajna li s-sieħba soċjali f'pajjiżna din is-sena għamlu kważi breakthrough, mhux xi ħaġa straordinarja, mhux xi ħaġa li ma kellniex bħalha qabel, imma wasalna biex issa nistituzzjonalizzaw dan il-metodu ta' kif għandu jitmexxa l-pajjiż. Kulħadd igħid tiegħu, kulħadd ifittex id-drittijiet tiegħu, kulħadd ifittex l-aħjar ġid għal dawk li hu jirrappreżenta. Per� inżommu quddiem għajnejna l-ħin kollu l-ġid nazzjonali. X'jaqbel lil pajjiż. U naħseb li din is-sena k�net sena fejn dan l-element spikka. Irnexx�lna nitkellmu iktar bejn�tna, niltaqgħu iktar bejnietna u niddeċ�du iktar l-affarij�t mhux b'kunsens bejn kulħadd, imma b'dan l-ispirtu li nfittxu x'inhu l-aħjar għal ġid tal-pajjiż. It-tama t�għi hija illi dan l-ispirtu ta' sedqa, ta' djalogu bejn�tna, ikompli jissaħħaħ is-sena li ġejja.

Qegħdin fi żm�n il-Milied. Iż-żm�n fejn inħossuna lkoll xi ftit aktar kuntenti. Il-problemi li għaddejna minnhom naturalment ma jitħassrux, per� fl-aħħar tas-sena jiena naħseb illi lkoll nerġgħu nintlew bi spirtu ta' tama għall-ġejjieni ta' kull wieħed u waħda minna.

Sakemm aħna f'din id-dinja l-problemi ma jonqsux. Naturalment jiena kelli esperjenza personali tiegħi, illi kif kulħadd jaf kelli għal darb' oħra niġi rikoverat l-isptar, ngħaddi wkoll minn operazzjoni. Irrid l-ewwelnett nirringrazzja lilkom ilkoll li wrejtu solidarjeta miegħi, li nkwetajtu miegħi u mal-familja tiegħi, li esprimejtu awguri lili, ħafna li ċemplu, ħafna li kitbu, ħafna żgur li talbu għalija. U jiena tgħallimt ukoll illi fil-ħajja, ikunu xi jkunu l-problemi, dejjem għandek tħares 'il quddiem b'kuraġġ. U illum jiena qed nerġa' nidher quddiemkom, inħossni li qiegħed tajjeb, il-problemi li seta' kien hemm, illum huma warajja, u nħoss li nista' nkompli nservi lilkom il-poplu Malti u Għawdxi.

Fi żmien tal-Milied żgur inħossuna lkoll magħqudin fil-familji tagħna. U jiena l-awgurju tiegħi huwa, li lkoll, il-poplu Malti u Għawdxi, kull wieħed u waħda minna ngawdu dik l-intimita tal-familji tagħna fil-festa tal-Milied. Festa li żgur għandha sseddaq fina dan l-ispirtu ta' għaqda bejnietna kif diġa għidt.

Inħarsu 'l quddiem ukoll. Is-sena l-ġdida. It-tieni sena ta' dan is-seklu l-ġdid, ta' dan il-millennju l-ġdid. Ilkoll flimkien bil-mod kif imxejna s-sena li għaddiet, irnexxielna nkattru l-ġid f'pajjiżna, irnexxielna nakkwistaw iktar fiduċja fina nfusna, u dan kollu jgiegħelna nħarsu lejn is-sena l-ġdida b' tama kbira - tama li lkoll nagħtu sehemna biex il-ġid ikompli jikber f' pajjiżna. U biex, il-poplu Malti kollu kemm hu, jaqsam dan il-ġid.

Jiena nixtieq nerga' nwasslilkom l-awguri tiegħi għall-Milied hieni fil-familji tagħkom u x-xewqat l-aktar sbieħ għas-Sena l-Ġdida li nittama tkun mimlija riżq u barka għalina lkoll.

Grazzi ħafna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow