IL-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA LILL-KORPI KOSTITWITI, TRADE UNIONS, MEDIA U GHAQDIET VOLONTARJI
Waqt li kien qed ikellem lir-rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti, Trade Unions, Media, u diversi għaqdiet volontarji fil-Ber'a ta' Kastilja, il-Prim Ministru qal li l-ewwel sena tal-Millennju kienet waħda pożittiva.
Huwa qal li l-aħħar sena, kienet waħda pożittiva għal Malta, speċjalment minħabba l-iżviluppi li seħħu fil-qasam soċjali, u l-progress li sar fil-proċess ta' djalogu soċjali. F'dan ir-rigward, il-Prim Ministru rrefera għal-li'i li ser twaqqaf il-Kunsill Malti ta' l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Din il-li'i għandha sservi biex tpo''i l-proċess ta' djalogu bejn l-imsieħba soċjali f'qafas istituzzjonali.
Il-Prim Ministru, fid-diskors tiegħu, semma ukoll il-konklużjonijiet tas-summit ta' Nizza. Huwa qal li dan is-summit kien pożittiv ħafna għal Malta, għax wera d-determinazzjoni tal-pajjiżi membri li jkun hemm tkabbir fl-Unjoni Ewropea. Għalkemm il-pajjiżi membri ma ffissawx data għat-tkabbir, qalu li t-tkabbir irid isir b'mod illi l-membri l-'odda jkunu jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju tal-2004. Il-Prim Ministru qal li dan huwa l-mument ideali biex Malta tidħol fl-Unjoni, għax ser tinħoloq sistema 'dida ta' kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Prim Ministru qal li Malta, bħala membru fl-Unjoni Ewropea, mhux biss tkun tista' tipparteċipa fid-deċiżjonijiet li jittieħdu, imma jkollha aktar saħħa biex tinfluenza dawn id-deċiżjonijiet.
Il-Prim Ministru awgura lil dawk preżenti l-isbaħ xewqat għas-sena d-dieħla.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN