STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, L-ONOR. EDWIN VASSALLO, DWAR IL-BEJGH MINN BIEB IL-BELT FIL-JIEM TAL-FESTI
Nirreferi ghall-bejgh li jsir mill-inhawi ta' Bieb il-Belt minn dawk li japplikaw ghal permess specjali fl-okkazjonijiet ta' festi tal-Milied, il-Karnival u l-Ghid. Nixtieq navza li ntlahaq qbil mal-Pulizija li ghal din l-okkazjoni tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Gdida, jinhargu ghall-ahhar darba l-permessi ghall tlett ijiem ta' bejgh kemm qabel il-Milied kif ukoll ghat-tlett ijiem ta' qabel l-ewwel tas-sena, u dan il-bejgh ristrett biss skond il-ligi ghal Confectioneries u toys.
Dan l-avviz qed jinhareg biex kull min huwa nteressat ikun mgharraf li fl-inhawi ta' Bieb il-Belt mhux ser ikun aktar possibbli li jinhargu permessi ghall-bejgh fis-snin li gejjin meta ser ikunu fis-sehh regolamenti godda.
L-okkazjoni tal-Karnival tas-sena 2001 ser tkun ukoll bhal dan il-Milied, jigifieri l-ahhar darba li jistghu jinhargu dawn il-permessi. Wara din id-data, mhux ser ikun possibbli li jinhargu permessi; dan ifisser li fl-Ghid tas-sena 2001 mhux ser jinhargu permessi, u hekk fis-snin li gejjin.
Dan l-avviz ghandu jitqied bhala stqarrija ghall-istampa kif ukoll bhala gwida ghal kull min japplika ghal permess ta' bejgh minn Bieb il-Belt ghal dan il-Milied biex hekk nizguraw li dawk kolla nteressati jkunu jistghu jirregolaw u jippjanaw l-attivitajiet taghhom ghall-gejjieni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN