Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI IZUR IT-TARZNA FEJN HABBAR AKTAR PROSPETTI SBIEH

PR1788
Date Icon 21/12/2000

It-Tarzna ta' Malta bhalissa qeghda tiffinalizza negozjati ghal kuntratt kbir iehor ta' conversion ta'vapur. Kemm-il darba dan il-kuntratt jintrebah ikompli jikkonferma l-prospetti sbieh ghal dan it-tip ta' xoghol ghat-Tarzna ta' Malta.

Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, Josef Bonnici, meta dalghodu zar it-Tarzna fejn seta' jara mill-qrib xoghol estensiv li qed isir fuq l-Atlantic Prosperity, l-akbar tanker li qatt dahal Malta.

Dan it-tanker, li hu tal-kumpannija Ingliza MOL Tankship Management Ltd, hu twil 315-il metru u wiesa' 58 metru. Minhabba l-kobor tieghu, qed jiehu kwazi l-ispazju kollu tal-Bacir Nru. 6, fejn qed jissewwa. Bizzejjed wiehed isemmi li filwaqt li l-Bacir Nru. 6 hu mibni ghal vapuri b'tunnellagg ta' 300,000 tunnellata, dan it-tanker ghandu tunnellagg ta' aktar minn 316,000 tunnellata.

Il-Ministru Bonnici qal li peress li fir-rigward ta' dan it-tanker instab li kellu bzonn aktar xoghlijiet milli originarjament ippjanati, il-vapur issa mistenni jibqa' fil-bacir sat-3 ta' Jannar minflok sa tmiem din il-gimgha. Ix-xoghlijiet li qed isiru fuqu jinkludu blasting, zebgha, manutenzjoni tal-makni u makkinarju iehor, u tiswijiet fuq xaftijiet u pajpijiet.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici stqarr li l-prospetti sbieh ghat-Tarzna ilhom li bdew jidhru mis-sajf li ghadda meta bdiet tikkonkludi negozjati dwar diversi kuntratti ghal dawn iz-zminijiet kif ukoll ghas-sena d-diehla. Fost dawn, hu semma l-kuntratt ta' madwar Lm2.7 miljun li ntrebah aktar kmieni dan ix-xahar minghand il-kumpannija Brovig-RDS tar-Renju Unit, biex it-tanker Northia jkun konvertit fi floating production, storage u off-loading unit (FPSO), halli jibda jintuza b'konnessjoni mat-tiftix taz-zejt fit-Tunezija.

Il-Ministru Bonnici ddeskriva dan il-kuntratt bhala wiehed mill-akbar kuntratti li rebhet it-Tarzna f'dawn l-ahhar 20 sena, minkejja kompetizzjoni qawwija minn 32 tarznari ohra.

Hu qal li r-rebh ta' kuntratti li qed ikollha t-Tarzna ta' Malta hu konferma li l-istrategija gdida li qed taddotta, fejn anki tinvolvi fin-negozjati kumpanniji ta' kalibru internazzjonali, qed ikollha l-effett mixtieq.

Il-Ministru Bonnici appella lil kulhadd biex jigbdu habel wiehed halli t-Tarzna tkun kapaci tiffaccja dawn l-isfidi godda li ghandha quddiemha b'hila u b'success. Hu enfasizza l-importanza li x-xoghol ikun ta' kwalit'� u li jitlesta fil-hin, ghaliex dan hu l-aqwa certifikat ghat-Tarzna f'ambjent ta' kompetizzjoni li qed dejjem tikber.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow