Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI JATTENDI GHAL AKTAR ATTIVITAJIET GHALL-MILIED GEWWA R-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL

PR1787
Date Icon 21/12/2000

Illum il-Hamis, 21 ta' Dicembru, 2000, komplew l-attivitajiet tal-Milied gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul.

Il-programm tal-Milied beda fid-9 ta' Dicembru b'mixghela tas-swali kollha mis-Segretarju Parlamentari Dr. Antoine Mifsud Bonnici. L-attivitajiet li ser jibqghu sejrin sa l-4 ta' Jannar 2001, u jinkludu kant ta' Carols minn diversi korijiet, Baned Maltin jallegraw lir-residenti fis-swali kif ukoll zjarat lill-anzjani minn studenti sekondarji. Jigu organizzati wkoll parties f'kull sala u r-residenti kollha jinghataw rigal tal-Milied. Isiru attivitajiet ohra f'kull Day Centre u Dar ta' l-Anzjani tal-Gvern.

Gewwa t-Teatru mimli bl-anzjani illum ttella' programm varjat hafna li ghalih kien prezenti s-Segretarju Parlamentari Dr. Antoine Mifsud Bonnici. Anzjani mid-Day Centre ta' Hal-Qormi pprezentaw kant u play. It-tfajjel Paul Sebastian Saliba ta' 9 snin ghamel il-Priedka tal-Milied. Studenti mid-Drama Unit tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni pprezentaw play u zfin u ghanjiet tal-Milied. Is-Sur John Suda, f'isem id-Drama Unit, ipprezenta lis-Segretarju Parlamentari somma flus ta' Lm150 migbura mill-istudenti, li min-naha tieghu Dr. Mifsud Bonnici ser jghaddiha lill-Kumitat tal-Friends of St. Vincent de Paul.

Waqt diskors li s-Segretarju Parlamentari Dr. Antoine Mifsud Bonnici ghamel lill-anzjani prezenti, qal li xtaq juri s-sodisfazzjon tieghu meta jara li tant anzjani japprezzaw attivitajiet li jsiru ghalihom kemm f'din ir-residenza kif ukoll fid-Djar ta' l-Anzjani u d-Day Centres kollha. Dr. Mifsud Bonnici appella biex aktar anzjani jiehdu sehem u b'hekk jibqghu attivi f'socjeta` inklusiva u b'solidarjeta` bejn il-generazzjonijiet u b'hekk ikollna socjeta` ghal kull eta`.

Dr. Mifsud Bonnici, filwaqt li heggeg biex f'dawn il-granet sbieh tal-Milied aktar qraba u hbieb izuru lil dawn ir-residenti, huwa rringrazzja lill-istaff kollu tax-xoghol dedikat taghhom lejn l-anzjani, u awgura l-isbah xewqat ghall -festi ta' Milied hieni u sena mimlija rizq lill-anzjani kollha, lill-impjegati u l-familji taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow