Left arrow Mur Lura

IL-GVERN MALTI JIFFIRMA L-KONVENZJONI TAL-GNUS MAGHQUDA KONTRA L-KRIMINALIT ORGANIZZATA

PR1783
Date Icon 21/12/2000

Nhar il-'�amis, 14 ta' Diċembru 2000, f' Palermo, il-Ministru ta' l-Intern Tonio Borg, għan-nom tal-Gvern Malti, iffirma l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda kontra il-Kriminalita' Organizzata Transnazzjonali.

Din il-Konvenzjoni, li hi l-frott ta' snin twal ta' ħidma, hija l-ewwel mit-tentattivi sabiex il-li'ijiet tal-pajjiżi tal-Ġnus Magħquda jersqu lejn xulxin fil-'lieda kontra l-kriminalit'� organizzata li m'għandhiex fruntieri. L-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni 'ie ppjanat mill-Ġnus Magħquda li jsir apposta fil-belt ta' Palermo, fi Sqallija, minħabba l-esperjenza ta' din il-belt fil-'lieda kontra il-Mafia u l-qtil tal-Ma'istrati Falcone u Borsellino fl-1992.

Għal din il-Konferenza attenda s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Kofi Annan, u diversi Ministri ta' l-Intern u tal-Ġustizzja, fosthom il-Ministri Bianco u Fassino ta' l-Italja, u l-President Taljan Ciampi.

Il-Konvenzjoni, li 'iet iffirmata minn 'il fuq minn 100 pajjiż tipprovdi għal:

  1. Obbligu li kull pajjiż jikkastiga mhux biss reati serji kommessi minn assoċjazzjonijiet kriminali organizzati, iżda anki l-kon'ura (conspiracy) sabiex jitwettqu dawn ir-reati.

  2. Il-Konvenzjoni tista' sservi ta' trattat ta' estradizzjoni f'każijiet ta' reati kommessi mill-kriminalit'� organizzata; dana għandu jgħin bil-bosta sabiex ma jkunx hemm diffikult'� li membri ta' organizzazzjonijiet kriminali jaħarbu f' pajjiżi barranin u ma jkunux jistgħu jintbagħtu lura sabiex ji'u proċessati.

  3. Obbligu li kull pajjiż jikkastiga l-korruzzjoni ta' uffiċjali pubbliċi anki barranin jew ta' impjegati ta' għaqdiet internazzjonali.

  4. Obbligu li l-pajjiżi jħarsu d-drittijiet proċedurali tal-vittmi ta' kriminalit'� organizzata.

Malta ffirmat ukoll żew' Protokolli dwar il-Konvenzjoni - dik dwar Traffikar ta' Persuni l-aktar Nisa u Tfal, u dik dwar id-dħul illegali ta' klandestini.

Dawn iż-żew' Protokolli 'ew iffirmati mill-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, u minn Malta u Ċipru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow