Left arrow Mur Lura

DISKORS TA' L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, FL-OKKAŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĠETT TA' MANOEL ISLAND U L-PONTA TA' TIGNȍ

PR1778
Date Icon 20/12/2000

Hu ta' pjaċir għalija li qed nipparteċipa fit-tnedija ta' dan il-pro'ett li kien imwiegħed minn dan il-Gvern u li issa se jibda jitwettaq.

Il-ħsieb ewlieni wara dan il-pro'ett hu li tingħata spinta qawwija lill-potenzjal turistiku ta' l-inħawi u li l-port ta' Marsamxett jkompli jinbidel f'ċentru ewlieni għall-yachts fil-Mediterran. Hu ukoll il-ħsieb tal-Gvern li l-Ponta ta' Tign'� u Manoel Island jkunu żviluppati b'mod integrat billi kollox jinbena fuq pjan u billi jkun hemm taħlita fl-iżvilupp li ixxaqleb favur li l-parti l-kbira ta' l-inħawi jibqgħu għal skopijiet rikreattivi. F'Manoel Island se jkun żviluppat anqas minn terz ta' l-art. Il-parti l-kbira ta' l-art se tkun użata bħala park pubbliku. F'Tign'� se jkun żviluppat anqas minn nofs l-art.

Il-mira tal-Gvern hi li dan il-pro'ett jagħti kontribut qawwi għall-ekonomija nazzjonali li jissarraf fi dħul regolari għall-istess Gvern, dħul f'munita barranija minn bejgħ ta' proprjet'� lill-barranin u mid-dħul li dawn i'ibu magħhom b'mod regolari u li joħloq mijiet ta' impjiegi permanenti u impjiegi relatati.

Mira oħra hi li tkun żviluppata l-infrastruttura fl-inħawi. L-infrastruttura fil-lokalitajiet fejn se jitwettaq il-pro'ett u infrastruttura pubblika li se tinkludi triq taħt l-art fil-Ponta ta' Tign'�, triq li twassal minn Triq Re'jonali għal ħdejn il-pont ta' Manoel Island, breakwater 'did fid-daħla tal-Lazzarett, it-twessiegħ tal-kanal ta' Manoel Island u l-bini ta' pont 'did kif ukoll ir-reklamazzjoni ta' art għal Manoel Island Yacht Yard.

Il-pro'ett ta' Manoel Island u tal-Ponta ta' Tign'� kif qed nippjanawh illum ilu fil-ħsieb ta' dan il-Gvern għal madwar 10 snin. Pro'ett għall-iżvilupp ta' Manoel Island kien ingħata bidu 30 sena ilu, meta f'Settembru 1970 il-Prim Ministru Gorg Borg Olivier kixef irħama kommemorattiva fil-Forti Manoel. Dak il-pro'ett ma kienx tkompla mill-amministrazzjoni ta' wara.

Il-pro'ett li tiegħu qed jingħata bidu għalih illum hu l-akbar wieħed li qatt sar f'pajjiżna. Fl-iżvilupp tal-Ponta ta' Tign'� u Manoel Island se jkunu investiti madwar Lm140 miljun. F'Tign'� se jinbnew aktar minn 400 post residenzjali, ħwienet, stabbilimenti ta' l-ikel u uffiċini. Se jkun hemm ukoll faċilitajiet sportivi u parke'' taħt l-art għal kważi 2,000 vettura. F'Manoel Island se jinbnew 356 post ta' akkomodazzjoni f'forma ta' villa''. Se jkun hemm ukoll faċilitajiet sportivi, stabbilimenti kummerċjali u parke''i li jieħdu aktar minn 2,000 vettura oħra.

Il-pro'ett ta' Manoel Island u l-Ponta ta' Tign'� se joħloq taħlita tajba bejn l-iżvilupp ma' l-ambjent. '�alhekk minbarra bini ta' djar, appartamenti, lukandi u stabbilimenti ta' l-ikel u ħwienet, se jkun hemm parks u 'onna u se jkunu żviluppati aħjar ix-xtut. Il-bini storiku fuq iż-żew' naħat tal-pro'ett se jkun restawrata mill-konsorzju MIDI. Il-Forti Manoel u l-Ponta ta' Tign'� se jkunu aċċessibbli għal kulħadd għaliex mhux l-iskop ta' l-iżviluppaturi li jibdlu dawn l-inħawi f'villa'' ‘privat'.

In-negozjati biex jitwettaq il-ftehim bejn il-Gvern u l-konsorzju MIDI kienu intensivi. In-negozjati ma' residenti, kumpanniji u għaqdiet sportivi stabbiliti fuq l-artijiet li se jkunu żviluppati kienu iebsin. Iżda għaliex kellu r-rieda li jara dan il-pro'ett jibda jitwettaq, il-Gvern sab soluzzjoni 'usta għall-problemi kollha biex fil-15 ta' Ġunju ta' din is-sena seta' jasal għall-iffirmar tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern jittrasferixxi lill konsorzju MIDI l-art u l-proprjet'� li se jintużaw għall-iżvilupp ta' dan il-pro'ett.

Dakinhar kont wiegħedt li "bis-saħħa ta' dan il-ftehim se jitwettaq il-pjan tal-Ministeru tiegħi biex din is-sena – is-sena 2000 – tkun is-sena li fiha naraw il-bidu tat-twettiq ta' diversi pro'etti kbar li se jkunu ta' fejda għal pajjiżna."

Dak li wiegħednikom qed inwettquh. Illum qed nassistu għall-bidu ta' dan il-pro'ett. Il-lum qed nassistu għall-ħatt tat-Torri ta' l-Arlo''. Iżda fi żmien mhux 'il bogħod flok ħatt ta' bini u ħofra kbira, nibdew naraw tiela' f'dan il-post attivit'� kummerċjali 'dida, appartamenti u żvilupp ta' l-ogħla kwalit'�.

Jiena nawgura lill-Konsorzju MIDI r-risq f'dan il-pro'ett li se jwettqu. Pro'ett li nemmen se j'ib qligħ lilhom li qed iwettquh u lill-poplu Malti kollu li se jgawdi minnu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow