Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JIRRINGRAZZJA LILL-KAPIJIET TAS-SERVIZZ PUBBLIKU

PR1776
Date Icon 19/12/2000

Waqt li kien qed jindirizza lill-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern, Korpi Parastatali, Kummissjonijiet u Organizzazzjonijiet, il-Prim Ministru irrefera ghal process ta' djalogu u koperazzjoni bejn l-imsiehba socjali bhala l-aktar żvilupp pożittiv ta' din is-sena.

Fid-diskors tieghu, il-Prim Ministru semma kif is-settur pubbliku bħal bqija tal-pajjiż għaddej minn bidla kbira. Din il-bidla hija xprunata mill-bidliet kbar li qed iseħħu fid-dinja, bil-proċess tal-globalizzazzjoni u bl-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam ta' l-informatika u teknolo'ija. Il-Prim Ministru semma il-White Paper li 'iet ippublikata fuq l-e-Government li permezz tagħha il-Gvern qed jipproponi bidla kbira fil-mod kif jaħdem il-Gvern. Il-Prim Ministru saħaq fuq il-bżonn li kulħadd jipparteċipa f'dan il-proċess.

Il-Prim Ministru irrefera għal bidla oħra li qed isseħħ fil-kultura ta' pajjiżna. Il-poplu llum qed isir iżjed konxju mir-responsabilitajiet soċjali tiegħu, fuq il-bżonn li jitħallsu t-taxxi dovuti u jinqerdu l-abbużi.

Il-Prim Ministru qal li l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea toffri sfidi u opportunitajiet għal pajjiżna. Il-Prim Ministru esprima il-fiduċja tiegħu fil-kapaċita' tal-poplu Malti li jilqa' din l-isfida u j'ib l-aħjar riżultati għal pajjiżna. Huwa rringrazzja lill-uffiċċjali pubbliċi għal ħidmiethom matul is-sena li għaddiet u qal li hu persważ li b'mod 'enerali dawn jirrispondu għall-bżonnijiet tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow