Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR L-EXCHANGE NAZZJONALI TA' L-INTERNET

PR1775
Date Icon 19/12/2000

Kif 'ie rrapurtat fil-media aktar kmieni dan ix-xahar grupp ta' Internet Service Providers kienu ingħaqdu u għamlu backbone għalihom li minnha eskludew l-aċċess għal Internet Providers oħra. Kif irriżulta minn numru ta' lmenti li dehru fil-gazzetti, dan ħoloq ċertu diżgwid u nkonvenjent għal numru ta' klijenti ta' l-Internet Service Providers.

Qabel ma dan il-grupp ta' ISPs għamlu dan il-Backbone għalihom, l-ISPs kollha kienu jagħmlu użu mill-Malta Internet Exchange magħruf bħala MIX, li huwa mmexxi mill-Malta Internet Foundation li jinsab fil-Computing Centre ta' l-Universita' ta' Malta. B'riżultat ta' l-azzjoni ta' dawn l-ISPs bosta klijenti qeghdin jiffaċċjaw problemi kbar minħabba dewmien esa'erat li qed jagħmilha mpossibbli li jkun hemm komunikazzjoni bejn klijenti li mhumiex fuq il-backbone, ma klijenti jew siti li jinsabu fuq din il-backbone.

Din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipji ta' aċċess ħieles u faċli li fuqu hi mibnija l-politika tal-gvern għas-settur tat-telekomunikazzjoni. Minbarra il-problemi li qegħdin isofru eluf ta' klijenti privati, is-settur tan-negozju li llum sar daqstant dipendenti fuq telekomunikazzjoni effiċjenti u faċli, qiegħed ikun ukoll milqut negattivament.

Saru tentattivi biex il-problema li ħolqu dawn l-Internet Service Providers ti'i solvuta fl-interess ta' kulħadd, iżda dawn it-tentattivi ma' rnexxewx. Mir-risposti li ngħataw minn naħa ta' l-Internet Service Providers involuti, kien jidher ċar li huma kienu ser jippersistu fl-a'ir tagħhom. '�alhekk l-Awtorita' kompetenti li tirregola t-Telekomunikazzjonijiet intervjeniet u ordnat permezz ta' Avviż Legali li 'ie ppubblikat illum mal-Gazzetta tal-Gvern, illi kull Internet Service Provider hu obbligat illi jkun interkonness mal-Exchange Nazzjonali ta' l-Internet.

Hemm il-ħsieb li jittieħdu passi biex dan l-Internet Exchange ji'i a''ornat skond it-teknolo'ija moderna fejn wieħed jispera illi s-servizz mhux biss jer'a lura għan-normal kif kien qabel, fl-interess ta' kulħadd, iżda jkun aktar effiċjenti u sodisfaċenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow