Left arrow Go Back

PIENI AKTAR HOROX GHAL MIN IHAMMEG: PUNTI MINN DISKORS LI DR FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GHALL-AMBJENT, GHAMEL META ZAR PROGETT TA' TINDIF U TISBIH LI QED ISIR FL-INHAWI TA' GHAR HASAN

PR1773
Date Icon 19/12/2000

Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, qal li l-Ministeru tiegħu ħejja abbozz ta' li'i 'dida dwar tni''iż mill-iskart. Din il-li'i għandha bħala skop ewlieni l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tni''iż mill-iskart u anke l-prevenzjoni ta' sfre'ji ta' ċerti postijiet. Dan se jfisser pieni aktar ħorox għal min iħamme'.

Francis Zammit Dimech ħabbar ukoll li f'dawn il-jiem waqqaf il-Malta Embellishment Campaign Steering Committee fi ħdan il-Ministeru tiegħu, bl-iskop li jsir pjan ta' azzjoni għat-tisbiħ u t-tindif ta' Malta. Hu qal li xogħol dan il-kumitat hu li mhux biss iħejji dan il-pjan, iżda li jara wkoll li jitwettaq. Il-Ministru qal li dan il-Kumitat se jara li darba jkunu identifikati siti fejn intrema' skart dan jitnaddaf mill-ħaddiema tal-Gvern, jew mill-kuntratturi. Il-Kumitat qed jaħdem fil-qrib mal-Pulizija, il-Kunsilli Lokali, il-Ministeru tas-Saħħa u organizzazzjonijiet oħra li huma direttament jew indirettament responsasbbli mill-infurzar tal-li'ijiet li jirregolaw l-iskart.

Il-Ministru qal li l-Unit għall-Ambjent Nadif qiegħed bħalissa jwettaq tindif f'diversi inħawi ta' Malta. Semma li minbarra l-inħawi ta' '�ar '�asan, il-Unit kien qiegħed jagħmel ukoll xogħol ta' tindif fl-inħaw ta' Popeye Village fil-Mellieħa. Xogħlijiet oħra kbar ta' tindif se jsiru ħdejn il-fortizza ta' Bengħajsa, fejn post daqshekk sabiħ inbidel f'miżbla, f''�al Far fejn intefa' biżżejjed skart tal-bini biex timtela' barriera, fl-inħawi tal-Film Facilities fil-Kalkara. Hu qal ukoll li uffiċjali mill-Ministeru qegħdin kontinwament jidentifikaw inħawi fejn nies irresponsabbli jarmu skart ta' kull tip biex dawn jitnaddfu.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fil-Ministeru tiegħu kien hemm units oħra li kellhom x'jaqsmu mat-tindif u t-tisbiħ. Il-Ministeru kien qed jaħdem biex ix-xogħol ta' dawn it-taqsimiet ikun koordinat aħjar bl-iskop li meta jinbeda pro'ett ta' tindif u tisbiħ jitwettaq mill-bidu sa l-aħħar.

Francis Zammit Dimech qal li fil-pro'ett ta' tindif u tisbiħ ta' '�ar '�asan kienu qed jaħdmu wkoll ħaddiema mit-Taqsima tad-Distretti. ‘Il quddiem se jwettqu xogħol ukoll ħaddiema minn units oħra speċjalizzati.

Il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lil kulħadd jikkoopera biex pajjiżna jinżamm nadif. Hu tenna li pajjiż nadif hu pajjiż fejn kulħadd jikber f'saħħtu. U fejn min iżurna jmur lura pajjiżu jagħmlilna reklam tajjeb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow