ZJARA F' DIVERSI KUNSILLI LOKALI GHAWDXIN MILL-MINISTRU AUSTIN GATT FL-OKKAZJONI TA' L-IFFIRMAR TA' FTEHIM TA' DEVOLUZZJONI
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li għal darb'oħra il-Gvern re'a żied il-finanzjament tal-Kunsilli Lokali fl-aħħar Budget. Dan juri l-impenn li Gvern prezenti dejjem wera lejn il-kunċett tal-Gvern Lokali bħala wieħed mis-sisien tal-politika tiegħu ta' devoluzzjoni.
Huwa qal dan waqt żjara li għamel illum fil-gżira '�awdxija, fejn matulha huwa attenda għal diversi pro'etti ta' devoluzzjoni f'ħames Kunsilli Lokali '�awdxin.
Il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u ta' '�ajnsielem iffirmaw ftehim li permezz tiegħu se jibdew jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-Libreriji Lokali li għandhom fir-raħal tagħhom. Dawn iż-żew' ftehim kienu ffirmati mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Libreriji fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, is-Sur Philip Borg u minn Mario Camilleri, Sindku tax-Xewkija u Francis Cauchi, Sindku ta' '�ajnsielem u s-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Il-Kunsill Lokali ta' Żebbu' iffirma ftehim mad-Dipartiment ta' l-Artijiet għad-devoluzzjoni ta' proprjet'� pubblika li tinsab biswit l-Għassa tal-pulizija f'Marsalforn. Din il-proprjet'� se tintuża sabiex il-Kunsill Lokali Żebbu' jagħmel uffiċċju minn fejn ikun jista' jaqdi l-ħti'ijiet tar-residenti f'Marsalforn – li n-numru tagħhom jikber ferm matul l-ista'un tas-Sajf. Barra minn hekk dan l-uffiċċju se jintuża wkoll mill-Gozo Tourism Committee bħala uffiċċju ta' informazzjoni għat-turisti. Il-ftehim kien iffirmat mid-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, is-Sur Albert Mamo, u s-Sindku ta' Żebbu', is-Sur Harry Debono.
Il-Kunsill Lokali Xagħra wkoll iffirma ftehim mad-Dipartiment ta' l-Artijiet għad-devoluzzjoni ta' proprjet'� pubblika fil-lokalit'�. Permezz ta' dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ħa t-tmexxija ta' 'nien pubbliku fil-lokalit'�. Il-ftehim kien iffirmat mid-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, is-Sur Albert Mamo u mis-Sindku tax-Xagħra, is-Sur Anthony Attard.
Kunsill Lokali ieħor li laqa' lill-Ministru Gatt kien dak tan-Nadur. Il-Kunsill Lokali Nadur iffirma ftehim mad-Dipartiment ta' l-Artijiet għad-devoluzzjoni ta' art pubblika magħrufa bħala "Ta' Truppu". Il-Kunsill Lokali fi ħsiebu jiżviluppa din l-art f'kumpless sportiv, u kif ukoll għal skopijiet kummerċjali, li jinkludu sit għall-parke'', restaurant u sala tal-komunit'�. Il-ftehim kien iffirmat mid-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, is-Sur Albert Mamo, u mis-Sindku tan-Nadur, Dr. Chris Said.
Il-Ministru Gatt attenda wkoll għat-tnedija ta' ‘Family Support Group' għall-persuni b'diżabilit'� li l-Kunsill Lokali Nadur għadu kemm beda jopera fil-lokalit'
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN