TRASFERIMENT TA' L-UFFIĊĊJI TAD-DIPARTIMENT TA' L-INDUSTRIJA, TAS-SMALL BUSINESS EFFICIENCY UNIT U TA' L-UFFIĊĊJU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA
B'konsegwenza ta' l-eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni li għaddej minnu l-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi bil-ħsieb li tintlaħaq aktar siner'ija fil-ħidma ta' diversi Dipartimenti, qegħdin ji'u mwaqqfa il-Commerce Division u l-Consumer and Competition Division.
Il-Ministeru huwa impenjat biex jara li dan l-eżerċizzju jkun suċċess u għalhekk ta' għajnuna għal dawk kollha li jridu jinqdew minn dawn id-Dipartimenti. Din il-bidla qegħdha effettivament issir biex dawn id-Dipartimenti jkunu aktar effiċjenti fis-servizz li joffru.
'�alhekk l-indirizzi l-'odda tad-Dipartimenti msemmija ser ikunu kif 'ej:
Id-Dipartiment ta' l-Industrija ser ikun trasferit minn Triq il-Kukkanja, Sta. Venera għal Lascaris, Valletta.
Is-Small Business Efficiency Unit (S.B.U.) ser ikun trasferit mill-Auberge d'Aragon għal Lascaris, Valletta.
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta ser ikun trasferit minn Lascaris, Valletta, għal Triq il-Kukkanja, Sta. Venera.
'�alhekk il-klijenti kollha ta' dawn id-Dipartimenti huma 'entilment mitluba jinnotaw dan it-tibdil. In-numri tat-telephone għadhom l-istess kif kienu u m'humiex ser jinbidlu għalissa.
Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jiskuża ruħu għal kull inkonvenjent li jista' jinħoloq sakemm dan iċ-ċaqliq ta' uffiċċji jkun komplut u l-ħidma ter'a ti'i għan-normal.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN