STQARRIJA MID-DIVIZJONI TA' L-EDUKAZZJONI
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tixtieq tinforma li l-kaz li deher fil-Media, fejn kien irrappurtat li missier ta' tifel daħal fi stat ta' rabja fl-Iskola Sekondarja ta' '�al-Qormi, 'ie solvut u l-missier għamel apolo'ija għall-a'ir tiegħu u għall-kliem li qal lill-Kap ta' l-Iskola dak il-ħin.
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tħoss li hu dmir tagħha tara li, meta ji'ru dawn il-każi, ikunu solvuti fl-iqsar żmien u ssir 'ustizzja ma' kullħadd. Il-'enituri għandhom dejjem jitkellmu l-ewwel mal-Kap ta' l-Iskola u l-għalliem jew kull min ikun involut, qabel ma' jaslu għal konkluzjonijiet. Qatt ma hu aċċettabbli li xi ħadd jieħu l-li'i f'idejh.
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tixtieq tassigura lil kullħadd li l-kapijiet ta' l-iskejjel jafu sew x'għandhom jagħmlu f'dawn il-każijiet u, kif dejjem sar, il-kapijiet jieħdu l-passi kollha neċessarji biex f'kull mument tkun assigurata l-ordni u s-sigurta'.
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tixtieq tappella biex f'każi simili r-reazzjoni fl-istampa ma tkunx akbar mill-proporzjon li jixirqilha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN