IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI JATTENDI PARTY TAL-MILIED GHALL-ANZJANI LI JIRCIEVU S-SERVIZZ TAL-HOME-HELP
Illum il-Gimgha, 15 ta' Dicembru, 2000, madwar 600 anzjan u anzjana li jircievu s-servizz tal-Home-Help mid-Dipartiment tal-Harsien ta' l-Anzjani, attendew ghall-party tal-Milied gewwa l-Belleview Restaurant, fil-Mellieha.
Waqt diskors lill-anzjani prezenti, Dr. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, qal li dan is-servizz huwa importanti ghax ikompli jghin lill-anzjani jibqghu jghixu kemm jista' jkun f'darhom. Hemm bosta anzjani li mhumiex rikoverati gewwa xi istituzzjoni jew dar ta' l-anzjani, u allura bi ftit ghajnuna dawn jistghu jibqghu jghixu fil-komunita' taghhom. Dan is-servizz huwa ta' ghajnuna aktar ghal dawk l-anzjani li jghixu wehidhom. Is-servizz tal-Home-Help, kif ukoll servizzi ohra bhal - servizz ta' Handyman u Telecare; servizz dwar l-inkontinenza; servizz ta' Meals on wheels - huma mahsuba biex jghinu lill-anzjani ma jkunux dipendenti fuq haddiehor, b'hekk ma jkunux ta' piz fuq qrabathom. Dan is-servizz jinghata lil madwar 2700 household, f'Malta u Ghawdex.
Dr. Mifsud Bonnici enfasizza li dawn is-servizzi jiswew miljuni ta liri, u allura la ghandu jkun hemm hela u l-anqas abbuz, ghalhekk ghandhom jinghataw lil min veru ghandu bzonn, biex b'hekk inkunu nistghu naghtu servizz ahjar u lil kull min ghandu bzonn.
Dr. Mifsud Bonnici hawnhekk irrefera ghall-att vandalu li kien ghadu kemm sar fir-Residenza San Vincenz de Paul, fejn xi hadd mhux maghruf ghamel hsara kbira f'bathroom gdida li ghada kemm tlestiet fil-blokk il-gdid li qieghed jinbena u li ser jigi inawgurat fi ftit gimghat ohra. Huwa kkundanna dan il-fatt vandalu li juri kemm ghad hawn nies fostna li zgur ma jistghux jissejhu kristjani.
Hawnhekk, Dr. Mifsud Bonnici, filwaqt li rringrazzja lill-istaff tax-xoghol taghhom lejn l-anzjani, ta l-awguri tieghu ghal Milied hieni u sena kollha risq.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN