L-ONOR. GIOVANNA DEBONO TIPPRESIEDI L-ATTIVITAJIET FEJN ĠIE MFAKKAR JUM IR-REPUBBLIKA F'GĦAWDEX
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ippresediet l-attivitajiet organizzati f'Għawdex sabiex ji'i mfakkar is-26 anniversarju ta' Malta Repubblika.
Iċ-ċerimonja ngħatat bidu mill-Banda tal-Pulizija illi akkumpanjat il-wasla ta' l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, Victoria. L-attivita` laħqet il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta' fjuri mal-Lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum ta' nhar it-13 ta' Diċembru, 1974. Waqt l-istess ċerimonja, il-Banda tal-Pulizija eżegwiet programm mużikali illi wasal fi tmiemu bid-daqq ta' l-Innu Malti.
Iktar tard wara ċ-ċerimonja, il-President ta' Malta, Prof. Guido de Marco u s-Sinjura de Marco taw riċeviment f'okkażjoni ta' Jum ir-Repubblika 'ewwa s-Swali ta' l-Esibizzjonijiet, fil-Ministeru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN