Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER F' LAQGHA MA' STUDENTI TA' L-ISKEJJEL SEKONDARJI DWAR "IL-PARLAMENT TA' L-ISTUDENTI"

PR1747
Date Icon 12/12/2000

Madwar mitt student mir-raba' sena ta' l-iskejjel sekondarji f'Malta u Ghawdex ghamlu zjara fil-Parlament.

Dawn l-istudenti gew maghzula minn shabhom ta' l-iskola wara elezzjoni li saret fl-iskola bejn studenti tar-raba' sena. Aktar tard is-sena d-diehla huma se jiehdu sehem f'sessjoni parlamentari organizzata apposta ghalihom.

L-istudenti, akkumpanjati mill-ghalliema taghhom, assistew ghall-parti tas-Seduta Parlamentari mill-iStrangers Gallery.

Iz-zjara ssoktat b'laqgha ma' l-iSpeaker fil-Kamra tal-Kumitati. Din kienet laqgha importanti hafna ghall-istudenti partecipanti ta' din l-attivita' edukattiva biex jifhmu ahjar il-funzjoni ta' l-ghola istituzzjoni tal-pajjiz.

L-Onor. Tabone spjegalhom kif tahdem il-Kamra tar-Rapprezentanti u fisser x'inhu x-xoghol tieghu f'din il-kariga.

L-iSpeaker spjega kemm hu impenjattiv ix-xoghol ta' Deputat Parlamentari u li, ghalkemm ir-rwol ta' l-istudenti partecipanti kien se jkun biss ezercizzju edukattiv ta' tahrig ghall-gejjieni, xorta wahda ghandu jittiehed bis-serjeta'. Kien ghalhekk li wara l-esperjenza pozittiva tas-sena l-ohra, l-iSpeakerkien accetta t-talba li saritlu biex terga' ssir sessjoni tal-Parlament ta' l-istudenti wkoll f'din is-sena' akkademika. Ghal din ir-raguni wkoll, l-iSpeaker kien qed jaccetta li ghal darb'ohra jerga' jmexxi hu din il-laqgha tal-parlament ta' l-istudenti.

Dr. Cecilia Borg, Chairperson tal-Kumitat, irringrazzjat lill-iSpeaker u l-istaff tieghu ghall-kooperazzjoni shiha taghhom.

Il-laqgha ntemmet billi nghataw l-awguri tal-Milied u s-Sena t-Tajba 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow