Left arrow Go Back

L-ONOR. ANTOINE MIFSUD BONNICI JINAWGURA ATTIVITAJIET GHAL ZMIEN IL-MILIED GEWWA R-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL

PR1738
Date Icon 11/12/2000

Nhar is-Sibt, 9 ta' Dicembru, 2000, l-Onor Antoine Mifsud Bonnici ta bidu ghall-attivitajiet ta' zmien il-Milied gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul.

Dr. Mifsud Bonnici inawgura mixeghla tal-Wards tal Kumpless Ruzar Briffa. L-anzjani wkoll ghandhom dritt ghall-ferh li jgib mieghu l-Milied, ghalhekk l-attivitajiet ser jibqghu sejrin sa l- 4 ta Jannar, 2001, fis-swali kollha ta' din ir-residenza fejn hemm aktar minn 1000 anzjan jew anzjana. Is-swali kollha huma mzejna - u sebgha minnhom qed jiehdu sehem fil-kompetizzjoni ghall-isbah sala - taqsima sptarijiet - organizzata mid-Dipartiment tal-Kultura. Mhux inqas minn sitt Korijiet Maltin u erba' Baned ser iferhu lill-anzjani matul dawn il-granet. Studenti minn skejjel sekondarji ser izuru s-swali ikantaw ghanjiet tal-Milied. Ikun hemm ukoll il-purcissjoni bil-Bambin minn tfal tal-Muzew. L-anzjani kollha f'din ir-residenza jinghataw rigal tal-Milied, kif ukoll, f'kull sala jigi organizzat party tal-Milied.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern huwa kommess li jkompli jgholli l-kwalita` ta' ghixien tal-anzjani f'Malta. Ghalhekk is-sena d-diehla l-Gvern se jdahhal ligi li tirregola l-kundizzjonijiet u t-tmexxija tad-djar tal-anzjani kollha f'Malta. Fi ftit gimghat ohra, gewwa din ir-residenza, ser jinfetah blokk gdid – Blokk 19 / 20, li se jkollu 120 sodda fuq 3 sulari u mghammar bil-kumditajiet kollha necessarji ghal residenza tal-anzjani bhalma hu San Vincenz de Paul.

Dr. Mifsud Bonnici, filwaqt li heggeg biex f'dawn il-granet sbieh tal-Milied aktar qraba u hbieb izuru lil dawn ir-residenti, irringrazzja lill-istaff kollu tax-xoghol dedikat taghhom lejn l-anzjani, irringrazzjahom tal-impenn taghhom biex izejnu dawn is-swali, u awgura l-festi t-tajba lill-anzjani, lill-istaff kollu u lill-qraba taghhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow