PUNTI MID-DISKORS TA? INTRODUZZJONI TA? L-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMICI, FL-OKKAZZJONI TA? PREŻENTAZZJONI GĦALL-ISTAMPA MINN UFFIĊJALI MILL-I.P.S.E., IL-M.E.T.C.O., IL- B.O.V. U S-S.B.U.
Inizjattivi kummerċ eletroniku
Qegħdin niltaqgħu llum erba' organizzazzjonijiet, biex insejħilna hekk, li aħna mpenjati li s-settur tan-negozju nkomplu nsaħħuħ, nimmodernizzawh, nagħmluh kompetittiv u innovattiv. Illum hawn preżenti uffiċjali mill-I.P.S.E., il-M.E.T.C.O., il-Bank of Valletta, u s-Small Business Efficiency Unit, li lkoll huma organizzazzjonijiet li joperaw qrib ħafna tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Ftit tal-jiem ilu ħabbarna l-Web Site tal-S.B.U. biex il-komunikazzjoni bejn dan il-unit u l-imprenditur tkun aktar immedjata u l-informazzjoni tkun qed tin'abar u titwassal kontinwament (għax l-internet ma jagħlaq qatt!!). Fuq dak li għidna dak inhar, qegħdin illum nagħmlu pass ieħor fuq li hemm fil-Programm ta' '�idma 2001 tas-Segretarjat tiegħi. Immedjatament rajna xi proposti, programmi, skemi u inċentivi jeżistu bħalissa mingħand id-diversi entitajiet tal-Gvern biex ikun hemm penetrazzjoni u użu aktar wiesa' tal-kummerċ elettroniku mill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u s-self employed. Huma inċentivi, li għalkemm forsi xi wħud minnhom ilhom xi ftit jeżistu, xorta ħsibt li hemm bżonn ner'għu nfakkruhom u nwassluhom biex ikunu jafu bihom l-aktar firxa wiesa' ta' imprendituri u nibqgħu nxandru l-opportunitajiet li jeżistu bħalissa f'dan il-mezz 'did ta' kummerċ.
L-ewwel programm ta' ħidma li konna fassalna kien ibbazat fuq il-prinċipju ta' ‘Malta Intrapriza Waħda'. Dan il-prinċipju hu wieħed sempliċi: li kullħadd jaħdem f'siner'ija biex jintlaħqu l-għanijiet ta' kull wieħed u waħda minna. Laqqajna llum dawn l-organizzazzjonijiet għax għalkemm bejniethom qegħdin joffru għajnuna individwali, dawn jikkumplimentaw lil xulxin u flimkien jagħmlu pakkett wieħed ghall-użu ta' l-imprenditur biex ikun aktar kompetittiv b'mod li hu innovattiv.
Nistieden issa lill-uffiċjali ta' dawn l-organizzazzjonijiet biex juru u jispjegaw il-prodotti li qed joffru.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN