Left arrow Mur Lura

MESSAĠĠ GĦALL-MILIED U L-EWWEL TAS-SENA MILL-PRIM MINISTRU, DR EDDIE FENECH ADAMI, LILL-EMIGRANTI MALTIN U GĦAWDXIN

PR1733
Date Icon 11/12/2000

Ħuti Maltin u Għawdxin li tgħixu barra minn pajjiżna.

Irrid għal darb?oħra nwassal f?dawn iż-żminijiet ta? l-aħħar tas-sena l-awguri lilkom ilkoll. Sena ilu, nista? ngħid mhux biss il-poplu Malti imma l-popli tad-dinja kollha, konna qegħdin nippreparaw ruħna biex nilqgħu l-bidu tat-tielet millennju tal-Kristjaneżmu. Konna lkoll mimlijin tagħmiet kbar illi s-seklu l-ġdid, il-millennju l-ġdid, ikun żmien ta? paċi, ta? sliem, ta? għaqda, ta? solidarjet?id-dinja kollha. Kważi għaddiet l-ewwel sena ta? dan is-seklu. U nistgħu ngħidu illi dawk t-tagħmiet illi kellna, forsi ma ġewx sodisfatti kollha kemm huma.

Imma naħseb illi nista? ngħid illi l-bidu ta? dan is-seklu, ta? dan il-millennju, ikompli jimlina b?tama kbira illi l-popli tad-dinja kollha jkomplu jingħaqdu ma? xulxin, ikomplu jfittxu l-ġid ta? xulxin, ikomplu jfittxu l-mod kif is-solidarjet?infirex aktar fost il-popli tad-dinja kollha.

F?Malta din is-sena kienet, naħseb nista? ngħid, sena tajba għalina lkoll. Rajna illi l-pajjiż baqa? miexi ?l quddiem. Sar progress fl-oqsma soċjali, fl-oqsma ekonomici, fl-oqsma li jmissu fil-ħaj il-poplu tagħna kollu. Rajna l-ekonomija tikber u bħala riżultat rajna illi l-istandard of living tagħna l-Maltin kompla jogħla, mhux b?xi mod straordinarju imma żgur nistgħu ngħidu li għamilna passi aktar ?l quddiem. Rajna n-numru ta? nies jaħdmu bi qliegħ f?pajjiżna jkompli jiżdied. Rajna n-numru ta? nies li qegħdin jirreġistraw biex ifittxu x-xogħol jonqos tul din is-sena. Għamilna, naħseb nista? ngħid, progress għax ħdimna lkoll flimkien. Jiena naħseb illi din is-sena kienet karatterizzata, b?mod partikolari, b?li ppruvajna nfittxu aktar dak li jgħaqqadna fil-pajjiż biex nistgħu nibnu pajjiż li jkun pajjiż aħjar għall-ġid tal-poplu Malti kollu.

Kienet sena illi fiha ħadna direzzjoni għal pajjiżna. Għamilna enfasi kbira li hemm bżonn illi nirkupraw iż-żmien li tlifna f?dak li għandu x?jaqsam mas-sħubija ta? Malta fl-Unjoni Ewropea. U kulħadd jaf illi għamilna passi pjuttost kbar din is-sena. Għalkemm bdejna n-negozjati ma? l-Unjoni Ewropea sentejn wara pajjiżi kandidati oħra, nistgħu ngħidu li llum, f?din is-sena, ilħaqna dawk li l-aktar imxew fost il-kandidati f?dawn in-negozjati.

Huwa sinjal tajjeb għal pajjiżna. Sinjal li l-poplu tagħna lest illi jagħti s-sehem meħtieġ biex inkomplu nkattru l-ekonomija ta? pajjiżna u nkomplu nibnu biex il-ħajja f?pajjiżna tkun dejjem ħajja aħjar.

Naturalment qatt ma nistgħu nkunu sodisfatti. U rridu nibqgħu mexjin u nibnu fuq il-ħiliet tagħna lkoll. Il-ħiliet tagħna, tagħna l-Maltin.

Jiena nieħu pjaċir meta nsiefer. Tista? tgħid kull fejn tmur issib il-Maltin. Insib il-kotra tal-Maltin fost l-emigranti Maltin. Jiena din is-sena kelli okkażjoni li għal darbtejn immur l-Istati Uniti ta? l-Amerika. Mort f?Settembru, meta kont qed naqdi funzjoni uffiċjali bħala l-Prim Ministru ta? Malta. Mort biex nitkellem fil-Ġnus Magħquda għan-nom tal-poplu Malti, u kelli naturalment l-okkażjoni niltaqa? mal-Maltin ta? l-Amerika, mal-Maltin f?Detroit, mal-Maltin fi New York ? kienet okkażjoni li ħadt pjaċir ħafna nerga? niltaqa? ma? tant li huma kburin li huma Maltin u qegħdin jaħdmu għal ġid tagħhom stess u għall- ġid tal-pajjiż fejn qegħdin. Kelli okkażjoni kif kont New York li naqbeż qabża sa Toronto. il-Kanada, u hemmhekk ukoll iltqajt mal-Maltin. U huma kburin li huma Maltin, u ahna, l-Maltin ta? Malta, kburin bis-sehem tagħkom fil-pajjiżi fejn qegħdin tgħixu.

Kelli okkażjoni oħra li mmur l-Istati Uniti. Din id-darba mhux fil-pożizzjoni tiegħi uffiċjali, imma naħseb li inthom smajtu wkoll, proprju fix-xahar ta? Novembru, kelli mmur għal kura l-Amerika, f?Minnesota, fil-Mayo Clinic, fejn ukoll mort biex niltaqa? ma? speċjalisti Maltin f?dak l-isptar illi tawni l-pariri tagħhom u effettivament kelli wkoll nagħmel operazzjoni waqt li kont hemm, u llum nirringrazzja ?l Alla li ninsab tajjeb, miexi ?l quddiem, erġajt irkuprajt saħħti.

Okkażjoni kienet, ukoll nerga? ngħid, li fiha ltqajt ma? Maltin. U kemm ħassejtni kburi. Li tmur fi sptar importanti fl-Istati Uniti ta? l-Amerika u ssib konsulenti Maltin, konsulenti li huma meqjusa bħala l-aqwa li hemm f?dak l-isptar.

Dan aħna l-Maltin. Il-Maltin li l-istorja tagħna kollha hija mibnija fuq il-ħiliet personali ta? kull wieħed u waħda minna. 

Is-sena d-dieħla! Is-sena d-dieħla nittama li jkolli okkażjoni li niġi l-Awstralja għal darb?oħra. L-Awstralja hemm l-appuntament diġ?ffissat, se jiltaqgħu l-Kapjiet ta? Gvern u l-Kapijiet ta? l-Istat tal-Commonwealth u naturalment, aħna, Malta nerggħu nipparteċipaw f?din il-laqgħa li sejra ssir l-Awstralja. U rrid ngħid illi x-xewqa tiegħi hija li għal darb?oħra niltaqa? kemm jista? jkun magħkom il-Maltin li tinsabu f?dan il-pajjiż hekk kbir, hekk importanti ta? l-Awstralja.

Qegħdin fi żmien il-Milied. U fi żmien il-Milied naturalment ilkoll inħossu ċertu ferħ ġo fina. Dak il-ferħ li ġej mill-messaġġ tal-Milied. Il-messaġġ li jagħmilna kburin li aħna l-poplu Malti ilna għal żewġ millennji sħaħ inħaddnu t-twemmin Nisrani. Twemmin Nisrani li jimlina bil-ferħ u bit-tama fil-ġejjieni. Ma naqtgħu qalbna qatt. Il-ferħ tal-Milied - inħossuna ħafna aktar viċin f?dawn il-ġranet lejn il-qraba tagħna, lejn il-familji tagħna. Il-familja li għadha l-pilastru tas-soċjet?altija. U jiena ċert meta ngħid socjet?altija, mhux biss għalina l-Maltin ta? Malta, imma anke għalikom il-Maltin li tgħixu barra minn Malta.

U rrid jiena minn qalbi nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom, lill-familji tagħkom ilkoll, Milied hieni, Milied illi jġibilkom is-sliem fil-familja tagħkom, Milied illi jimlina bit-tama għall-ġejjieni tagħna lkoll.

Is-sena l-ġdida. J?Alla s-sena l-ġdida tkun sena li tkun mimlija prosperita��mimlija ġid, għalina lkoll.

U jien f?ismi, f?isem il-familja tiegħi, f?isem il-poplu Malti kollu, f?isem il-Gvern Malti, irrid minn qalbi nawguralkom ilkoll il-Milied hieni u sena mimlija barka u ġid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow