Left arrow Mur Lura

L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, IĦABBAR EMENDI GĦALL-ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA' L-INĠINIERA WAQT L-IKLA ANNWALI TAL-KAMRA TA' L-INĠINIERA

PR1730
Date Icon 07/12/2000

Il-Ministru għall-Ambjent qal li kienu qed ikunu proposti emendi għall-Att dwar il-Professjoni ta' l-In'iniera ta' l-1988 biex jitwarrbu anomaliji legali li jeżistu u biex il-le'islazzjoni tkun konformi ma' dik ta' In'iniera fl-UE.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech osserva bi pjaċir li n-numru ta' in'iniera gradwati kien qiegħed dejjem jikber u li s-settur industrjali u s-soċjet'� in 'enerali qed isiru dejjem aktar konxji tar-rwol ta' l-Inginier filli jinkisbu livelli ta' eċċellenza fi pro'etti ta' in'inerija. Hu qal li n-numru ta' in'iniera li għandhom il-warrant qabeż is-600, b'numru kbir minnhom membri tal-Kamra ta' l-In'iniera. Hu qal li llum il-Kamra ta' l-In'iniera ti'bor fiha numru sostanzjali ta' in'iniera bil-warrant, gradwati u studenti.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Kamra ta' l-In'iniera hi rappreżentata f'diversi organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi inklużi l-Malta Standards Authority, il-Building Industry Consultative Council u l-Federazzjoni ta' Assoċjazzjonijiet Professjonali. Hu qal li anke jekk mhux uffiċjalment il-Kamra kienet ukoll rappreżentata fil-Bord ta' l-In'iniera.

Hu faħħar lill-Bord ta' l-In'iniera u lill-Kamra ta' l-In'iniera li kienu ħadmu flimkien fl-abbozzar ta' kodiċi ta' etika aktar wiesa' u komprensiv. F'dan il-kuntest, il-Ministru Francis Zammit Dimech semma' wkoll ir-regolamenti tas-sena 2000 dwar proċedura ta' Tħassir ta' Ismijiet fil-Professjoni ta' l-In'inerija li kienu ppubblikati f'Avviż Legali 208/2000 f'Ottubru ta' din is-sena. Dawn ir-regolamenti jagħtu poteri lill-Bord biex jieħu l-miżuri meħtie'a kontra membri li jkunu nstabu li ma wettqux dmirijiethom.

Il-Ministru għall-Ambjent, filwaqt li awgura lill-membri kollha tal-Kamra ta' l-Inginiera u lill-familji tagħhom Milied hieni, ħe''i'hom biex ikomplu jagħtu sehemhom mhux biss lejn l-organizzazzjoni li minnha kienu jagħmlu parti iżda wkoll lejn is-soċjet'� kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow