Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI JIPPRESIEDI L-INAWGURAZZJONI TA' SISTEMA {DIDA TA' PREVENZJONI U TIFI TAN-NAR FIL-BIBLIOTEKA NAZZJONALI - WIRT UNIKU TA' IMPORTANZA INTERNAZZJONALI

PR1727
Date Icon 07/12/2000

Il-valur tat-tezori li ghandna fil-Biblioteka Nazzjonali, kif ukoll il-bini nnifsu, huma inestimabbli. Minhabba n-natura tal-kontenut tal-Biblioteka, nar zghir f'xi parti minn dan il-bini jista' jfisser mhux biss periklu kbir ghal dawk li jkun hemm fih, izda jkun telf irreparabbli ta' wirt uniku. Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, waqt l-inawgurazzjoni ta' sistema gdida ta' prevenzjoni u tifi tan-nar.

Il-Biblioteka Nazzjonali qatt ma kellha sistema ta' fire detection u b'hekk kien ikun difficli li t-taqsima tat-tifi tan nar tkun notifikata mmedjatament f'kaz ta' bzonn. Il-Bibliteka Nazzjonali qieghda wkoll f'pozizzjoni li tirrendi intervent immedjat aktar difficli. Ghalhekk, wara li saru l-istudji kollha mehtiega mill-esperti, kien deciz li fil-Biblioteka Nazzjonali tigi stallata sistema li tahdem fi stadji differenti skond is-severita' tan-nar u li tavza awtomatikament lit-Taqsima tat-Tifi tan-Nar ma' l-ewwel hjiel ta' xi nar.

Biex l-ewwelnett in-nirien ikunu dejjem ikkontrollati u b'hekk ma jinfirxux malajr u mal-bini kollhu, il-bibien u t-twieqi kollha nbidlu biex saru fireproof u jkunu jistghu jzommu n-nar maghluq f'settur wiehed sa saghtejn wara li dan ikun beda.

Is-sistema hi wahda li dejjem tipprova timminimizza l-hsara li ssir lill-kotba u materjal iehor li hemm fil-Biblioteka. Ghalhekk l-ewwel stadju huwa wiehed fejn jigi identifikat fejn ikun in-nar u jkunu nfurmati l-istaff tal-Biblioteka u t-Taqsima tat-Tifi tan-Nar, l-istaff jista juza extinguishers biex jikkontrollaw nirien zaghar. Jekk in-nar ma jistax ikun ikkontrollat hemm sistema ta' gass (Ozone friendly) li johnoq in-nar fi ftit hin. Jekk dan ma jkunx possibli hemm sistema ohra ta' sprinklers (ta' l-ilma) li ghalkemm jistghu jaghmlu hafna hsara lill-kotba u materjal simili jintuza bhala l-ahhar difiza u peress li jahdmu b'sistema ikkontrollata, dawn l-isprinklers jahdmu f'dawk is-sezzjonijiet biss fejn ikun hemm in-nirien.

Is-sistema tahdem tajjeb biss jekk l-istaff ikun jaf kif tahdem u jkollu it-tahrig mehtieg kemm biex ma jpoggix hajtu fil-periklu kif ukoll biex jekk jista' jkun nirien zghar jintfew mill-ewwel.

Filwaqt li fahhar lid-Dipartiment tal-Libreriji u l-Arkivji ta' din l-inizjattiva, il-Ministru Louis Galea qal li ghalkemm hu importanti hafna li nghozzu dan il-wirt ta' valur inestimabbli, aktar importanti li dan il-wirt ikun uzat tajjeb minn ricerkaturi u dawk kollha interessati. Il-Biblioteka Nazzjonali ghandha hafna x'toffri u hi differenti hafna mill-libreriji lokali, regjonali jew dik centrali. Il-Biblioteka tigbor fiha patrimonju ta' kotba specjalment dawk mitbughin Malta jew li ghandhom x'jaqsmu ma' Malta (Melitensia), manuskritti minn zmien il-Kavallieri u minn qabel l-1500 W.K., gazzetti mill-ewwel publikazzjoni f'Malta fl-1798 u micro films tal-gazzetti u l-manuskritti kollha. Wisq probabbli hafna nies qatt ma raw din il-minjiera ta' informazzjoni, u ghalkemm hafna huma dawk li jafu biha, bosta jqisu l-Biblioteka aktar bhala muzew milli bhala post ta' ricerka storika, politika u socjali.

Il-Ministru temm billi ghamel emfasi dwar l-importanza tal-qari u tat-tfittxija kontinwa ta' l-gherf. Hu qal li kif miexja id-dijna llum dawk li mhumiex se jkunu jafu jaqraw u jiktbu sew, se jiffaccjaw problemi serji fil-futur.

Il-Ministru rringrazzja lill-Gvern u l-poplu Taljan li, permezz tar-raba' protokoll bejn Malta u l-Italja, iffinanzjaw dan il-progett.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow