LM260,000 F'GHAJNUNA MILL-IPSE
Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici qal li l-Istitut għall-Promozzjoni ta' l-Impriżi Żgħar (IPSE) di''� approva l-għoti ta' Lm260,000 f'għajnuna lil intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-qasam tal-manifattura biex ikunu megħjuna jirristrutturaw l-operazzjoni tagħhom.
Barra minhekk approva wkoll garanziji dwar self li jammontaw għal Lm70,000.
Il-Ministru Bonnici kien qed jitkellem waqt żjara li hu għamel fl-uffiċini ta' l-IPSE fil-Marsa, flimkien mal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali Lawrence Gonzi.
Il-Ministru Bonnici spjega li bit-tneħħija tal-levies u tal-protezzjoni li kellha l-industrija lokali, kien importanti li l-intrapriżi konċernati jkunu megħjuna jirristrutturaw ħalli jkunu kapaċi jikkompetu f'suq aktar kompetittiv u fejn il-konsumatur qed ifittex aktar l-għażla u l-kwalit'�.
Hu żied li llum l-IPSE di''� għandha mas-680 intrapriża minn ta' din ix-xorta re'istrati magħha, filwaqt li kien hemm 137 intrapriża li aċċettaw il-programm ta' għajnuna.
Il-Ministru Bonnici ħe''e' biex jitfasslu aktar programmi min-naħa ta' l-IPSE biex ikun hemm aktar industrijalisti żgħar li jsiru konxji ta' dak li qed toffri l-IPSE kif ukoll tal-ħtie'a li jsiru aktar innovattivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN