IL-PRIM MINISTRU JATTENDI L-KONFERENZA EWROPEJA F'NIZZA
l-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Nizza biex jieħu sehem fil-Konferenza Ewropeja li fiha ser jieħdu sehem il-Kapijiet ta' Gvern tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja u dawk tal-pajjiżi kandidati għas-sħubija.
Il-Konferenza Ewropeja ser tinforma l-pajjiżi kandidati dwar fejn waslu l-pajjiżi membri fid-diskussjonijiet tagħhom dwar ir-riformi fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja. Il-konferenza se tagħti wkoll l-opportunita' lill-pajjiżi membri li jisimgħu s-su''erimenti u l-opinjonijiet tal-pajjiżi kandidati dwar dan is-su''ett.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat minn Dr Joe Borg, Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, mis-Sur Richard Cachia Caruana, Chairman tal-Grupp Ewlieni tan-Negozjati, mis-Sur Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat dwar l-Unjoni Ewropeja, mis-Sur Peter Portelli, Segretarju Privat tal-Prim Ministru, u mis-Sur Patrick Tabone, Assistent Personali tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatur Victor Camilleri u l-Ambaxxatur Salvino Busuttil ser jinaqdu mad-delegazzjoni f'Nizza.
Il-Prim Minsitru mistenni lura Malta għada filgħaxija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN