Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI

PR1714
Date Icon 05/12/2000

Waqt id-diskors tieghu fil-Parlament, Il-Ministru tal-Finanzi spjega dwar dak li ntqal fid-Diskors tal-Budget 2001 fuq il-mizura ta' withholding tax dwar skemi ta' investiment kollettiv.

Kif intqal fid-Diskors din il-mizura hija intiza biex effettivament iggib fl-istess pozizzjoni f'dik li hi taxxa diretta, kemm dawk li jinvestu direttament, per ezempju fi stock tal-Gvern, u dawk li jinvestu fil-Borza permezz ta' skema ta' investiment kollettiv li minn naha taghha tinvesti, per ezempju, fi stock tal-Gvern. Dan l-iskop ser jintlahaq billi l-withholding tax ta' 15% li bhalissa tapplika fuq certu dhul ta' individwi, bhal dak minn stock tal-Gvern, tibda tapplika wkoll fil-kaz ta' l-istess tip ta' dhul meta jinqala' minn skema ta' investiment kollettiv. Hekk dan id-dhul jigi ntaxxat sew jekk qed jinghata lil skema ta' investiment kollettiv u sew jekk qed jinghata lil haddiehor.

Kif diga` intqal fid-Diskors tal-Budget, l-ezenzjoni ezistenti fuq il-qligh kapitali ta' transazzjonijiet fil-Borza ser tibqa'. Dan ifisser li dawk li jinvestu fil-Borza permezz ta' skema ta' investiment kollettiv kienu u ser jibqghu ezenti fuq il-qligh kapitali li jaghmlu.

Id-dettalji teknici kif ser tinhadem din il-mizura ghad iridu jigu finalizzati u l-operaturi fis-settur ikunu informati b'dan meta jkun il-waqt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow