STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TA' L-ONOR. EDWIN VASSALLO BI TWEGIBA GĦAL ARTIKLU FL-ISTAMPA LOKALI DWAR IL-LAQGĦA TA' L-'GĦIMA'
Bi twe'iba għall-artiklu li deher f'sezzjoni tal-media lokali, il-bieraħ, il-'�add 3 ta' Diċembru 2000, dwar il-laqgħa li kellhom l-GHIMA, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jagħmel dawn l-osservazzjonijiet rigward it-talba li l-GHIMA għamlet għat-tneħħija tal-V.A.T. bl-iskuża li jgawdi l-konsumatur. Huwa fakkar li meta tneħħiet il-VAT fil-1996 u 'iet introdotta il-li'i tas-sisa:
il-prezzijiet tal-prodotti fis-suq għolew
l-attivit'� ekonomika fil-pajjiż naqset
id-dħul tal-Gvern naqas
id-dejn tal-Gvern żdied
Dan kollu wassal biex inħolqot kriżi finanzjarja u b'konsegwenza ta' hekk in-negozju beda sejjer lura għaliex dakinhar il-Gvern ta' dak iż-żmien kellu jirrikorri għall-ħolqien ta' taxxi 'odda u budget, li għalkemm talab is-sagrifiċċju, ma wasal għall-ebda riżultat pożittiv.
Minn din is-sitwazzjoni l-ewwel li batew kienu n-negozji ż-żgħar. Infatti dawk is-sentejn ta' Gvern li neħħa l-VAT kienu s-sentejn li fihom ħar'u l-inqas liċenzji tan-negozji, żdied il-qgħad u kien hawn inċertezza politika.
Hija ħasra li għandna wħud li huma parti mis-settur kummerċjali tagħna jitolbu t-tneħħija tal-VAT meta għandna di''� l-prova ta' x'rovina sab lilu nnifsu fiha l-imprenditur Malti.
Dwar it-tneħħija tal-levies, issa għandna l-prova li ma kellna l-ebda diżastru ekonomiku, kif kien hawn min bassar, hekk kif beda l-proċess tat-tneħħija tal-levies.
Infatti il-qgħad naqas
l-impjiegi żdiedu
in-numru ta' liċenzji tan-negozju żdiedu
in-numru ta' l-impjegati tal-ħwienet żdied
l-għażla żdiedet
il-prodotti li tneħħewlhom il-levies qegħdin jinbiegħu bl-iżjed prezzijiet vanta''jużi
Huwa minnu li l-kompetizzjoni żdiedet u għal min qieghed fin-negozju, il-kummerċ sar jitlob ħsieb u organizzazzjoni. F'din iċ-cirkustanza, se jkun kapaci jikkompeti u jirnexxi fin-negozju
min ser ikun organizzat tajjeb biex ikun innovattiv.
min ser ikun organizzat li jibbenefika mill-inċentivi finanzjarji taħt il-Business Promotion Act.
min ser ikun organizzat biex jaqdi bl-ahjar mod il-konsumatur
F'pajjiż fejn l-ekonomija qed tikber u toħloq ix-xogħol, l-ewwel li ser igawdi żgur li ser ikun l-imprenditur li jikkompeti b'innovazzjoni u mhux jitlob li jre''a' lura l-arlo''. F'dan l-iżvilupp kollu, meta għandna ekonomija li ssaħħaħ il-kompetizzjoni u titlob mill-imprenditur il-kwalita' u l-effiċjenza ser ikun qed igawdi l-konsumatur ukoll.
Nawgura li dawn in-negozjanti jilqgħu l-isfida tal-'ejjieni u jħejju lilhom infushom biex ikunu tajbin f'xogħolhom, organizzati fin-negozju tagħhom u lesti li jkunu innovattivi. Nitilfu ħafna kemm-il darba fl-iżvilupp ekonomiku li għaddej minnu pajjiżna bil-ħsieb li ħadd ma jaqa' lura fl-iżvilupp ekonomiku globali, ikollna min jibqa' jitlob il-protezzjoni ta' l-imgħoddi.
'�andna 'ejjieni tajjeb kemm-il darba nagħrfu flimkien nisfruttaw it-tajjeb li għandna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN