Left arrow Go Back

L-ONOR ANTOINE MIFSUD BONNICI JINAWGURA FIERA TA' OGGETTI MAGHMULIN MIR-RESIDENTI LI JAGHMLU UZU MIS-SERVIZZ TAL-OCCUPATIONAL THERAPY F'SAN VINCENZ DE PAUL

PR1704
Date Icon 04/12/2000

L-Onor Antoine Mifsud Bonnici Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, il-lum inawgura fiera fir-residenza San Vincenz de Paul. Din il-fiera qed issehh, ghal darb'ohra, fuq inizjattiva ta' l-impjegati tad-dipartiment tal-Occupational Therapy.

Numru ta' residenti ta' San Vincenz jaghmlu uzu mid-dipartiment ta' l-O.T. Hawnhekk isibu occupational therapists kwalifikati li xogholhom hu li jaghtu ghajnuna fisika, appogg morali u psikologiku lil dawk il-pazjenti — li forsi garrbu xi marda jew dizgrazzja — biex dawn jergghu ikunu kemm jista' jkun indipendenti fisikament. Taht supervizjoni ta' l-O.T.'s u technical staff iehor, il-pazjenti ghandhom l-opportunit'� li jinvolvu ruhhom f'attivit'� kemm fisika u mentali. L-oggetti esebiti huma xhieda tal-kapacit'� ta' dawn ir-residenti. Fost l-oggetti insibu craftwork, pittura, crochet, soft-toys, knitted baby clothes, xoghol fuq il-gebel, rug wool, canework. Dawn ix-xoghlijiet kollha juru l-hila u l-kapacit'� ta' l-anzjani taghna u huma rizultat ta' xoghol ta' pacenzja u mirqum sa l-icken dettal.

Kull pazjent jinghata attenzjoni individwali u l-impjegati jhajruhom jergghu jiftakru fil-passat taghhom u fis-snajja' li kienu jahdmu fihom, biex b'hekk jibqghu attivi, kemm fisikament kif ukoll mentalment.

Dan is-servizz mill-O.T.'s qed jigi provdut ukoll fid-djar ta' l-anzjani tal-Gvern. Huwa l-hsieb tal-Gvern li dan is-servizz jigi estiz ukoll ghal dawk l-anzjani li jghixu f'darhom u jigu riferuti bhala out-patients.

Fl-ahhar, Dr Antoine Mifsud Bonnici irringrazzja lil kull min ta sehemu biex din il-fiera saret realt'�, specjalment lill-impjegati ta' l-O.T. tal-pacenzja u d-dedikazzjoni taghhom li juru ma' dawn ir-residenti.

Din il-fiera ser tkun miftuha ghal publiku kuljum, mil-lum sa nhar l-Erbgha, 13 ta' Dicembru 2000, bejn id-9.00 a.m. u s- 6.00 p.m. Id-dhul huwa b'xejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow