IL-MINISTRU GHALL-AMBJENT, DR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, IHABBAR IL-PUBBLIKAZZJONI TAS-SEJHA GHAL PROPOSTI GHAL PROGETT INTEGRAT GHALL-IMMANIGGJAR TA' SKART SOLIDU
Il-Ministru Francis Zammit Dimech ħabbar li l-Gvern il-Gimgħa ippubblika l-proposti għall-Kuntratt għall-Iżvilupp u l-Operazzjoni ta' Sistema Integrata għall-Immani''jar ta' l-Iskart, waqt konferenza ta' l-aħbarijiet is-Sibt li għadda.
Hu qal li d-Dokument tal-Pro'ett kien is-sejħa lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-proposti tagħhom għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-operazzjoni ta' sistema integrata għall-immani''jar ta' skart solidu skond il-provedimenti u l-linji gwida li jidhru fid-dokument ppublikat.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li dawk interessati kienu mistiedna jissotomettu proposti jew għal
'� Sistema Waħda Integrata ta' Immani''jar ta' Skart Solidu li ti'bor l-faċilitajiet ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin, il-Miżbla tal-Magħtab, il-Miżbla tal-Qortin fix-Xagħra, Għawdex u l-Miżbla li m'għadhiex fl-użu ta' Wied Fulija fiż-Żurrieq u kwalunkwe faċilit'� 'dida proposta u inkluża fis-sottomissjonijiet tal-proponent, u/ jew
'� Proposta li tassumi r-responsabbilt'� għal waħda jew aktar mill-faċilitajiet eżistenti u kwalunkwe faċilit'� proposta u inkluża fil-proposti tagħhom.
Meta tkellem dwar siti fejn jista' jintefa' l-iskart, il-Ministru Zammit Dimech qal li dawk li se jitfgħu l-offerti jistgħu jissugerixxu numru ta' alternattivi, li jinkludu
1. It-tneħħija tal-massa eżistenti ta' skart u r-restawr tas-sit għall-istat fisiku ori'inali li kien fih;
2. Iż-żamma ta' parti mill-massa eżistenti ta' skart, wara li jittrataha, biex jimmodellaha mill-'did u jwettaq landscaping tat-tipografija tas-sit bl-iskop li jkun hemm użu alternattiv tas-sit fil-futur;
3. L-għoti lura tas-sit lill-Gvern wara li jwettaq it-trattament meħtie' biex il-Gvern ikun jista' jagħmel il-monitera'' meħtie';
4. L-għoti lura tas-sit wara li jwettaq it-trattament meħtie' u jassumi r-responsabbilt'� għall-monitera'' ta' l-istess sit filwaqt li l-Gvern jutilizza s-sit għal skop pubbliku;
5. It-twettiq tat-trattament meħtie' biex wara jsir użu mis-sit għal perijodu stipulat, f'liema perijodu r-responsabbilt'� għall-monitera'' tkun tal-kuntrattur.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien hemm diversi possibiltajiet miftuħa għall-użu mill-'did u r-riċikla'' tal-massa relattivament kbira ta' skart u għalhekk min se jitfa' l-offerta huma mistennija jissotomettu il-proposti u s-soluzzjonijiet tagħhom li jistgħu jinkludu dik ta' riklamar kontrollat tal-baħar.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-miri li l-Proposti għall-Pro'ett irid li jinkisbu huma li
1. Jipprovdu immanni''jar sostenibbli ta' l-iskart li jagħraf ir-rabtiet bejn l-objettivi soċjo-ekonomiċi u ambjentali;
2. Iqiegħed l-immani''jar ta' l-iskart fuq skala ta' prioritajiet dejjem jekk dawn l-prioritajiet ikunu dawk li jikkrejaw l-aktar benefiċċju u l-inqas ħsara lill-ambjent b'mod integrat;
3. jiżgura l-provediment ta' xibka integrata, sostenibbli, flessibbli u adegwata ta' faċilitajiet għall-immina''jar ta' l-iskart biex ikun żgurat li l-iskart hu ittrattat u jew immneħħi bl-aħjar mezzi u teknolo'iji;
4. Jinkora'ixxi u jippromwovi l-iżvilupp ta' teknolo'iji ndaf għall-provediment ta' servizz ta' immani''jar ta'l-iskart;
5. Jinkora''ixxi u jippromwovi l-użu mill-'did, u aktar riċikla'' u riklamar ta' materjal mill-iskart bl-iskop li tittieħed minnu materja prima sekondarja;
6. Jnaqqas is-serħan fuq il-miżbliet billi jkunu inkora''iti għażliet li huma ambjentalment indaf;
7. Jippromwovi tnaqqis fl-iskart permezz ta' miżuri ta' edukazzjoni u involviment biex il-pubbliku jsir aktar konxju ta' l-immani''jar ta' l-iskart.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li min jagħmel il-proposti jrid jiżgura u juri minn qabel li s-sistemi u proċessi li jkun qed jipproponi ma jkollhomx impatt inaċċettabbli minn ħru', sew f'forma ta' gassijiet velenużi fl-atmosfera, f'forma ta' rwejjaħ o''ezzjonabbli lill-popolazzjoni jew f'forma ta' impatti oħra negattivi fuq is-sistemi ekolo'iċi u l-ambjent ta' madwar.
Francis Zammit Dimech qal li l-Impjanti għat-Trattament ta' l-Iskart, sew dawk eżistenti jew dawk 'odda, jrid ikollhom perijodu kontrattwali minimu ta' 15-il sena. Dan il-perijodu jkun su''ett għal estensjoni wara negozjati.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Kuntrattur jew Kuntratturi li jwettqu dan il-pro'ett jridu jintrabtu li jwettqu wkoll dawn l-impenji kontrattwali addizjonali:
1. Impenn għal Kampanja ta' Edukazzjoni Pubblika u biex il-poplu jsir konxju minn dak li jkun qed isir. '�andu jsir wkoll stħarri' li jikkorispondi ma' din il-kampanja. Din il-kampanja tkun taħt il-kontroll tal-Ministeru għall-Ambjent;
2. Impenn għat-Taħri' tal-'�addiema;
3. Impenn għall-operazzjoni 24 siegħa kuljum u mingħajr waqfien tal-faċilitajiet kollha u taħt iċ-ċirkostanzi kollha;
4. Impenn biex ikun immani''jat kull tip ta' skart jew dawk it-tipi ta' skart speċifikati minn min jitfa' l-offerta, u kif jirriżultaw mill-Perijodu Kontrattwali;
5. Impenn biex ikun hemm koordinament mal-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li hu maħsub li l-proċess għall-għoti ta' l-offerta jieħu 36 'imgħa biex ikun konkluż. Il-proċess beda l-Gimgħa meta kienet ippublikata s-sejħa għall-Proposti u jintemm bil-'�ru' ta' l-Ittra ta' Aċċetazzjoni lil Kuntrattur wieħed jew meta joħor'u Ittri ta' Aċċetazzjoni Separati lil aktar minn Kuntrattur wieħed. Is-sejħa għall-Proposti tagħlaq fl-14 ta' Marzu, 2001. Il-perijodu ta' evalwazzjoni mistenni jieħu 18-il 'imgħa mill-aħħar jum li fih jintlaqgħu l-Proposti.
Il-Ministru għall-Ambjent qal ukoll li qabel tingħalaq is-sejħa għal proposti fuq l-immani''jar ta' l-iskart, il-Gvern se jkollu ukoll f'idejh rapport formali fuq l-istrate'ija li se nsegwu fuq l-istess su''ett u li qed jitħejja minn konsulenti mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea.
Dan ir-rapport se jservi wkoll ta' gwida meta jkun qed isir il-proċess ta' l-għażla rigward min se jagħmel dan il-pro'ett, kif ukoll waqt in-negozjati li jsiru ma' min jintagħżel.
Il-Ministru għall-Ambjent tenna illi l-istrate'ija rigward l-immani''jar ta' l-iskart trid tkun konformi mad-Direttivi u r-Regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea għax Malta ma jixirqilha xejn anqas.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN