XOĠĦLIJIET ĠODDA FIL-KOTTONERA: IL-MINISTRU ĠĦALL-AMBJENT, DR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, JAĠĦMEL ŻJARA LIL PROĠETTI TA' RESTAWR F'BORMLA U L-BIRGU
Waqt żjara lil pro'etti ta' restawr f'Bormla u l-Birgu, il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li jara x-xogħol ta' restawr li kien qed isir fil-Kottonera. Din il-ħidma kienet xhieda ta' l-impenn tal-Gvern li jħares il-wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li t-twaqqif tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent għen mhux ftit biex jitħaffu pro'etti ta' restawr bħal dak tal-Mina ta' Santa Liena f'Bormla u l-belverdere, Couvre Porte, fil-Birgu. Hu qal li xogħlijiet bħal dawn setgħu jseħħu għaliex f'dan il-pro'ett kien hemm nies mill-Kottonera li kienu jafu x'inhuma l-prioritajiet tal-lokalitajiet u anke għaliex kien hemm vot apposta li minnu seta' jsir ix-xogħol.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li matul is-sena li qegħdin fiha twettqu fil-Kottonera diversi pro'etti. Qal li kien 'ie ppreparat il-Master Plan preliminari għall-Kottonera. F'Bormla kien ingħata bidu għar-restawr tal-Mini ta' Santa Liena u l-faċċata tal-Knisja ta' San Pawl. Tkompla wkoll ix-xogħol fi Pjazza Santa Margerita.
Fil-Birgu kien ingħata bidu għall-iċċangjar tal-belvedere, Couvre Porte u Triq Boffa. Triq it-Tramuntana u Triq il-Kunsill Popolari nksew bil-'ebel tal-qawwi. Kienu riabilitati x-shelters ta' l-aħħar Gwerra Dinjija.
Fl-Isla kienet restawrata l-istatwa ta' San Mikiel filwaqt li fil-Kalkara sar xogħol fil-Bajja ta' Rinella. Sar ukoll xogħol ta' tisbiħ fl-inħawi ta' '�ajn Dwieli u xogħol ta' restawr f'diversi fortifikazzjonijiet.
'�as-sena li 'ejja l-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera qed jaħseb li jistalla sistema ta' dwal għal parti tas-swar kif ukoll li jsir xogħol ta' pavimentar fi Pjazza Gavinu Gulia, l-iċċangjar ta' żew' toroq fl-inħawi Collacchio fil-Birgu, l-iċċangjar ta' Triq il-Gardjola u Triq San Mikiel fl-Isla. Xogħol ta' ristruturazzjoni kien se jsir fil-Mina ta' Sant'Anna fl-Isla u fil-green area f'Bormla.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li filwaqt li l-Gvern jagħti kull appo'' lill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex ikompli jikseb ir-riżultati mixtieqa, il-mira ewlenija tibqa' dik li jitlesta l-pro'ett tal-Kottonera li għandu jagħti spinta qawwija lill-ekonomija tat-tliet ibliet u l-Kalkara, kif ukoll jiftaħ aktar ix-xtut fl-inħawi għan-nies tal-lokal u għat-turisti. Hu qal li l-pro'ett tal-Kottonera, li 'l quddiem se jkompli jitwessa meta jingħata wkoll bidu għall-iżvilupp tal-Baċir Numru 1 u l-inħawi madwaru, hu wieħed mill-pro'etti ewlenin li dan il-Gvern wiegħed u se jwettaq.
Il-Ministru għall-Ambjent tenna li l-Kottonera jixirqilha li tieħu sehemha mill-iżvilupp li kien qed isir fil-pajjiż u li l-Gvern kien determinat li f'dawn l-inħawi titkattar l-attivit'� ekonomika u jiżdiedu l-impjiegi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN